Skip to main content

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin

L-Awstrija
L-Awstrija
Flag of Austria

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Austria
Family Law – Matters of matrimonial property regimes
* mandatory input

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati b’ġuriżdizzjoni fuq rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolament huma l-Qorti tal-Eżekuzzjoni (Exekutionsgericht) jew il-Qorti Distrettwali (Bezirksgericht) fejn ikun domiċiljat il-konvenut.

Il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-appelli minn deċiżjonijiet fuq rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà hija l-Qorti Reġjonali superjuri (Landesgericht); madankollu, l-appell irid jiġi ppreżentat mal-qorti tal-prim’istanza li tat id-deċiżjoni.

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

L-appelli fuq punt ta’ dritt (Revisionsrekurs) jsiru quddiem il-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof) iżda jridu jiġu ppreżentati lill-qorti tal-prim’istanza.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Fl-Awstrija, ma hemmx awtoritajiet jew professjonisti legali oħra b’kompetenza fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(2) fil-qasam ta’ reġimi ta’ propjetà matrimonjali.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna