Skip to main content

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin

Il-Kroazja
Il-Kroazja
Flag of Croatia

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Croatia
Il-Liġi tal-Familja – Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin
* input mandatarju

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Ir-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà f’konformità mal-Artikolu 44(1) u l-appelli minn deċiżjonijiet dwar dawn ir-rikorsi f’konformità mal-Artikolu 49(2) iridu jiġu ppreżentati quddiem il-qrati muniċipali (općinski sudovi).

Il-qrati responsabbli huma:

Il-qrati muniċipali kollha skont l-Att dwar it-Territorji u s-Sedi tal-Qrati (Zakon o područjima i sjedištima sudova) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 67/18 u 21/22).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Skont il-liġi nazzjonali applikabbli fil-Kroazja, ma hemmx mekkaniżmu li permezz tiegħu, għall-għanijiet tal-Artikolu 50, tista’ tiġi kkontestata ulterjorment deċiżjoni fuq rimedju legali, jiġifieri ma hemmx qrati li quddiemhom jista’ jiġi ppreżentat appell ulterjuri.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Fil-Kroazja, il-qrati muniċipali huma responsabbli għal kawżi mhux kontenzjużi u ta’ eżekuzzjoni skont l-Att dwar il-Qrati (NN Nri 28/13, 33/15, 82/15, 82/16). Għalhekk, skont il-liġi nazzjonali applikabbli fil-Kroazja, ma hemmx awtoritajiet jew professjonisti legali kompetenti oħra skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament b’kompetenza fil-qasam tar-reġim tal-propjetà matrimonjali li jeżerċitaw funzjonijiet ġuridiċi jew jaġixxu b’delega ta’ poter minn awtorità ġudizzjarja jew taħt il-kontroll tagħha.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna