L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)
It-talbiet imsemmija fl-Artikolu 44 huma ppreżentati:
- lid-direttur tas-servizzi tar-reġistru (services de greffe judiciaires) tal-qorti (l-Artikoli 509-1 u 509-2 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (code de procédure civile)), meta jkunu relatati ma’ deċiżjoni tal-qorti jew soluzzjoni bil-qorti;
- lil nutar (president tal-Assoċjazzjoni tan-Nutara (chambre des notaires), jew is-sostituzzjoni tagħhom għal dokumenti barranin – in-nutar iżomm l-oriġinal tad-dokument riċevut għad-dokumenti Franċiżi – l-Artikolu 509-3 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), jekk dawn ikunu relatati ma’ strument awtentiku.
L-appelli msemmija fl-Artikolu 49(2) jiġu ppreżentati lill-president tal-Qorti Ordinarja (tribunal judiciaire) (l-Artikolu 509-9 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).
Meta t-talba tkun relata ma’ deċiżjoni tal-qorti jew soluzzjoni bil-qorti:
*It-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà ta’ deċiżjoni ta’ qorti Franċiża biex tiġi rikonoxxuta u infurzata f’pajjiż ieħor jiġu ppreżentati lid-direttur tas-servizzi tar-reġistru tal-qorti li joħroġ id-deċiżjoni jew japprova l-ftehim (l-Artikolu 509-1 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).
*It-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, fit-territorju Franċiż, ta’ titoli eżekuttivi barranin, jiġu ppreżentati lid-direttur tas-servizzi tar-reġistru tal-Qorti Ordinarja (l-Artikolu 509-2 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).
Meta t-talba tkun relatata ma’ att awtentiku:
*It-talbiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-atti notarili awtentikati Franċiżi fid-dawl tar-rikonoxximent u l-infurzar tagħhom f’pajjiż ieħor jiġu ppreżentati lin-nutar jew lill-entità ġuridika li tkun is-sid tal-uffiċċju notarili li żżomm l-oriġinal tad-dokument riċevut (l-Artikolu 509-3 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).
*It-talbiet għaċ-ċertifikazzjoni ta’ atti notarili awtentikati barranin fit-territorju Franċiż tiġi ppreżentata lill-president tal-Kamra tan-Nutara, jew lis-sostitut tiegħu f’każ ta’ assenza jew inkapaċità (l-Artikolu 509-3 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).
Appelli msemmija fl-Artikolu 49(2):
L-appelli kontra d-dikjarazzjonijiet ta’ eżegwibbiltà ta’ titoli u atti barranin fit-territorju Franċiż, jiġu ppreżentati lill-president tal-Qorti Ordinarja, li jagħti deċiżjoni finali dwar it-talba (l-Artikolu 509-9 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50
Sentenza finali mogħtija mill-President tal-Qorti Ordinarja tista’ tiġi kkontestata biss billi jitressaq appell fuq punt ta’ liġi (pourvoi en cassation) quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation).
Il-motivi għal appell fuq punt tad-dritt huma varji (deċiżjoni li tikser il-liġi, deċiżjoni ultra vires, nuqqas ta’ kompetenza, nuqqas ta’ bażi legali, nuqqas ta’ motivazzjonijiet, sentenzi kontradittorji li jkunu jinvolvu lill-istess partijiet, eċċ.), imma f’kull każ il-qorti tittratta biss l-infurzar tal-liġi. Dan ifisser li l-Qorti tal-Kassazzjoni tivverifika li d-deċiżjoni ma kisritx il-liġi u li ma injoratx l-istat tad-dritt iżda ma teżaminax il-fatti tal-kawża.
L-appell fuq punt ta’ liġi huwa ppreżentat quddiem:
Cour de cassation
5 quai de l’Horloge
75055 Pariġi
L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)
Mhux applikabbli