Skip to main content

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin

Italja
Italja
Flag of Italy

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Italy
Il-Liġi tal-Familja – Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin
* input mandatarju

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qorti b’kompetenza fuq rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà f’konformità mal-Artikolu 44(1) hija l-Qorti tal-Appell (Corte di Appello) b’ġuriżdizzjoni territorjali. Il-Qorti tagħti s-sentenza tagħha f’awli mingħajr ma jinstemgħu l-partijiet, f’konformità mal-Artikoli 737 u 738 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Jista’ jitressaq appell kontra deċiżjoni mogħtija f’awli fi żmien 60 jum min-notifika tad-digriet.

Il-qorti b’kompetenza fuq appelli minn deċiżjonijiet dwar rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà f’konformità mal-Artikolu 49(2) għar-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 360 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili hija l-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni (Suprema Corte di Cassazione).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista’ tiġi kkontestata permezz ta’:

(1) rikors għal stħarriġ f’konformità mal-Artikolu 391-bis u 391-ter tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili;

(2) rikors għal proċedimenti minn partijiet terzi f’konformità mal-Artikolu 391-ter tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

Tista’ ssir ukoll talba għall-korrezzjoni tad-deċiżjoni jekk is-sentenza jkun fiha żball materjali jew ta’ kalkolu.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Għall-għanijiet tal-Artikolu 3(2) dan jinkludi:

avukati li jaġixxu taħt il-proċedura ta’ negozjati assistiti (negoziazione assistita) f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Digriet-Liġi Nru 132 tal-2014; u

reġistraturi ċivili li jaġixxu taħt il-proċedura ta’ negozjati assistiti skont l-Artikolu 12 tad-Digriet-Liġi Nru 132 tal-2014.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna