Skip to main content

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin

Malta
Malta
Flag of Malta

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) huma: il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) għal Malta u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġurisdizzjoni Superjuri) (Sezzjoni tal-Familja) għal Għawdex.

Il-qorti kompetenti biex tittratta appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2) hija: il-Qorti tal-Appell (kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

M'hemm l-ebda appell ieħor disponibbli mid-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Appell dwar appell minn deċiżjoni dwar dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà, ħlief għal reviżjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Ktieb tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ( Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta) (Ritrattazzjoni)

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Mhux applikabbli

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna