Skip to main content

Tqegħid ta’ minuri f’pajjiż ieħor inkl. f’foster family

Flag of Netherlands
Olanda
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
(in civil and commercial matters)

1 Liema awtorità għandha tiġi kkonsultata u biex jingħata kunsens minn qabel qabel it-tqegħid transfruntier ta’ minuri fit-territorju tiegħek?

It-tqegħid fin-Netherlands ta’ wild minn Stat Membru ieħor jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Awtorità Ċentrali. Għal dan l-għan, l-Awtorità Ċentrali tikkonsulta fornitur tal-foster care biex jeżamina l-adegwatezza tal-ġenituri foster li l-minuri ikun se jitqiegħed għandhom.

2 Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-proċedura għall-konsultazzjoni u l-kisba tal-kunsens (inklużi d-dokumenti meħtieġa, l-iskadenzi, il-modalitajiet tal-proċedura, u dettalji rilevanti oħra) għat-tqegħid transfruntier tat-tfal fit-territorju tiegħek.

Jekk il-qorti jew awtorità oħra fi Stat Membru ieħor tkun qed tikkunsidra li tqiegħed minuri fin-Netherlands, trid tintbagħat talba motivata lill-Awtorità Ċentrali. Din it-talba trid tinkludi rapport dwar il-minuri. Imbagħad, l-Awtorità Ċentrali tikkonsulta fornitur tal-foster care biex jeżamina l-adegwatezza tal-ġenituri foster li l-minuri ikun se jitqiegħed għandhom. Fuq talba tal-Awtorità Ċentrali, il-Kunsill għall-Protezzjoni tat-Tfal (Raad voor de Kinderbescherming) jeżamina jekk tistax tinħareġ dikjarazzjoni ta’ ebda oġġezzjoni.

3 L-Istat Membru tiegħek iddeċieda li mhuwiex meħtieġ il-kunsens għal tqegħid transfruntier ta’ tfal fit-territorju tiegħek fejn il-minuri għandu jitqiegħed ma’ ċerti kategoriji ta’ qraba stretti? Jekk iva, x’inhuma l-kategoriji ta’ qraba stretti?

Le, ma hemm l-ebda eċċezzjoni għar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni minn qabel. Kull tqegħid għand persuni għajr wieħed mill-ġenituri tal-minuri jridu jsegwu l-proċedura ta’ approvazzjoni.

4 L-Istat Membru tiegħek għandu fis-seħħ xi ftehimiet jew arranġamenti għas-simplifikazzjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjoni biex jinkiseb il-kunsens għat-tqegħid transfruntier tat-tfal?

Le.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna