Skip to main content

Tqegħid ta’ minuri f’pajjiż ieħor inkl. f’foster family

Flag of Ireland
Irlanda
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
(in civil and commercial matters)

1 Liema awtorità għandha tiġi kkonsultata u biex jingħata kunsens minn qabel qabel it-tqegħid transfruntier ta’ minuri fit-territorju tiegħek?

L-awtorità inkwistjoni hija l-Awtorità Ċentrali għall-Ħtif ta’ Minuri li tifforma parti mid-Dipartiment tal-Ġustizzja. L-Awtorità Ċentrali mbagħad tirreferi lil “Tusla”, l-Aġenzija għat-Tfal u għall-Familja, bħala l-aġenzija awtorizzata.

Id-dettalji tal-kuntatt tat-tnejn li huma jinsabu stipulati hawn taħt:

Central Authority for Child Abduction,

Department of Justice,

7 Ely Place, Dublin 2

internationalchildabduction@justice.ie

Tusla – Child and Family Agency,
The Brunel Building,
Heuston South Quarter,
Saint John's Road West,
Dublin 8.
D08 X01F

Telefown:  +353 1 7718500*
Email: info@tusla.ie

2 ekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-proċedura għall-konsultazzjoni u l-kisba tal-kunsens (inklużi d-dokumenti meħtieġa, l-iskadenzi, il-modalitajiet tal-proċedura, u dettalji rilevanti oħra) għat-tqegħid transfruntier tat-tfal fit-territorju tiegħek

Is-Servizz Soċjali Internazzjonali (SSI) tal-Aġenzija għat-Tfal u għall-Familja huwa l-punt ċentrali fejn tiġi riċevuta u eżaminata t-talba sabiex ikun żgurat li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 82 ta’ Brussell IIb u jikkoordina mal-uffiċċju tal-Maniġer taż-Żona lokali fejn ikun se jitqiegħed il-minuri. Għat-tqegħid ta’ minuri taħt foster care, ikun hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-foster carers prospettivi minn assistent soċjali rreġistrat fl-Irlanda, u r-rapport se jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni lill-Kumitat lokali għall-Foster Care. Id-dokumentazzjoni meħtieġa tinkludi ittra ta’ akkumpanjament li tispjega r-raġunament għat-tqegħid taħt foster care, rapport dwar il-foster carers prospettivi, inkluż l-iskrutinju tal-pulizija, verifiki tal-protezzjoni tal-minuri, rapport mediku, referenzi kif ukoll pjan ta’ kura għall-minuri u kopja tal-ordni tal-qorti.

Id-dokumenti meħtieġa għat-tqegħid taħt kura residenzjali jinkludu ittra ta’ akkumpanjament li tispjega r-raġunament għat-tqegħid, il-pjan ta’ kura tal-minuri, l-ordni tal-qorti, l-arranġamenti ta’ finanzjament għat-tqegħid u kwalunkwe arranġament għall-perjodu ta’ wara l-foster care.

Fil-każijiet kollha, titfassal ittra ta’ kunsens għat-tqegħid mis-SSI ta’ Tusla meta r-rekwiżiti kollha ta’ hawn fuq jiġu ssodisfati u din tkun iffirmata b’mod konġunt mill-Maniġer taż-Żona.

3 L-Istat Membru tiegħek iddeċieda li mhuwiex meħtieġ il-kunsens għal tqegħid transfruntier ta’ tfal fit-territorju tiegħek fejn il-minuri għandu jitqiegħed ma’ ċerti kategoriji ta’ qraba stretti? Jekk iva, x’inhuma l-kategoriji ta’ qraba stretti?

Mhux applikabbli. L-Irlanda ma għamlitx użu mill-opzjoni taħt l-Artikolu 82 biex teskludi ċerti kategoriji ta’ qraba mir-rekwiżit li jinkiseb kunsens għat-tqegħid transfruntiera ta’ minuri fl-Irlanda.

4 L-Istat Membru tiegħek għandu fis-seħħ xi ftehimiet jew arranġamenti għas-simplifikazzjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjoni biex jinkiseb il-kunsens għat-tqegħid transfruntier tat-tfal?

Tusla, l-Aġenzija għat-Tfal u għall-Familja, bħalissa tinsab fil-proċess li tiżviluppa dokument ta’ politika f’dan il-qasam. Ladarba dan id-dokument ikun disponibbli, din it-taqsima tiġi aġġornata.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna