Skip to main content

Tqegħid ta’ minuri f’pajjiż ieħor inkl. f’foster family

Flag of Italy
Italja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
(in civil and commercial matters)

1 Liema awtorità għandha tiġi kkonsultata u biex jingħata kunsens minn qabel qabel it-tqegħid transfruntier ta’ minuri fit-territorju tiegħek?

Il-Qrati tal-Minorenni (Tribunali per i minorenni).

2 ekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-proċedura għall-konsultazzjoni u l-kisba tal-kunsens (inklużi d-dokumenti meħtieġa, l-iskadenzi, il-modalitajiet tal-proċedura, u dettalji rilevanti oħra) għat-tqegħid transfruntier tat-tfal fit-territorju tiegħek

Ma hemm l-ebda regola nazzjonali speċifika li tirregola l-proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel stabbilita fl-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2019/1111. Il-biċċa l-kbira tal-qrati Taljani japplikaw b’analoġija r-regoli nazzjonali stabbiliti għall-kura alternattiva tal-minuri (l-Artikolu 4(2) tal-Liġi Nru 184 tal-1983 (Legge n. 184 del 1983)). Rikors għall-approvazzjoni tat-tqegħid isir mill-prosekutur pubbliku (Pubblico Ministero) quddiem il-Qorti tal-Minorenni kompetenti, li tawtorizza jew tirrifjuta t-tqegħid fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjonijiet, normalment imwettqa mis-servizzi soċjali, fil-koppja, il-persuna jew il-faċilità li magħha għandu jitqiegħed il-minuri. Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Minorenni tista’ tiġi kkontestata biss minn prosekutur pubbliku li l-argumenti tiegħu ġew miċħuda kompletament jew parzjalment. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix perjodu ta’ żmien għall-proċedimenti tal-qorti.

Id-dokumenti elenkati fl-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2019/1111 biss iridu jiġu mehmuża mar-rikors.

3 L-Istat Membru tiegħek iddeċieda li mhuwiex meħtieġ il-kunsens għal tqegħid transfruntier ta’ tfal fit-territorju tiegħek fejn il-minuri għandu jitqiegħed ma’ ċerti kategoriji ta’ qraba stretti? Jekk iva, x’inhuma l-kategoriji ta’ qraba stretti?

Le.

4 L-Istat Membru tiegħek għandu fis-seħħ xi ftehimiet jew arranġamenti għas-simplifikazzjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjoni biex jinkiseb il-kunsens għat-tqegħid transfruntier tat-tfal?

Le.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna