Wara dikjarazzjoni mill-Greċja dwar din il-kwistjoni, il-Kummissjoni Ewropea, fid-Deċiżjoni tagħha tas-27.1.2014 (ĠU L 23, p. 41), ikkonfermat il-parteċipazzjoni tal-Greċja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja, li hija stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 ("Ruma III").
Skont id-Deċiżjoni ta' hawn fuq, ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 beda japplika fil-Greċja mid-29 ta' Lulju 2015.
L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli
Fil-liġi Griega ma hemm l-ebda dispożizzjoni nazzjonali speċifika li tikkonċerna r-rekwiżiti formali li japplikaw għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli skont l-Artikolu 7(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.
L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti
Fil-liġi Griega ma hemm l-ebda dispożizzjoni nazzjonali speċifika li tikkonċerna l-possibilità tal-għażla tal-liġi applikabbli skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.