Skip to main content

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali

Spanja
Spanja
Flag of Spain

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Il-liġi Spanjola tipprevedi rekwiżiti formali addizzjonali għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli b'konformità mal-Artikolu 7(2) sa (4), tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010, jiġifieri: l-għażla tal-liġi applikabbli trid tkun miftiehma f'dokument pubbliku b'setgħa eżekuttiva (quddiem nutar pubbliku) jew f'"dokument awtentiku" (dokument data u ffirmat mill-partijiet b'mod inekwivokabbli, anke jekk id-dokument innifsu ma jkunx f'forma ta' strument notarili).

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Skont il-liġi Spanjola, il-miżżewġin ma jistgħux jindikaw il-liġi applikabbli quddiem il-qorti waqt li jkunu għaddejjin il-proċedimenti.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna