Skip to main content

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali

Awstrija
Awstrija
Flag of Austria

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Il-liġi Awstrijaka ma tipprevedi l-ebda rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehim dwar l-għażla tal-liġi skont l-Artikolu 7(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Skont il-liġi Awstrijaka (§ 11(3) IPRG), il-konjuġi jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 wkoll quddiem il-qorti matul il-kors tal-proċedimenti, sakemm l-għażla tal-liġi tkun eżerċitata b’mod espliċitu u mhux biss b'imġiba implikata.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna