Skip to main content

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali

Rumanija
Rumanija
Flag of Romania

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

M’hemm ebda rekwiżiti oħra applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi għajr dawk stipulati mill-Artikolu 7 (1) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Skont il-liġi Rumena, il-konjuġi jistgħu wkoll jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju wara li tkun ġiet adita l-qorti, iżda mhux aktar tard mid-data tal-ewwel seduta tal-qorti li fiha l-konjuġi jkunu ġew imħarrka legalment.

It-testi rilevanti tal-Kodiċi Ċivili huma riprodotti hawn taħt:

Artikolu 2598.

Data tal-ftehim biex tintgħażel il-liġi applikabbli

(1) Il-ftehim biex tintgħażel il-liġi applikabbli għad-divorzju jista’ jiġi konkluż jew emendat sa mhux aktar tard mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tkun ġiet adita biex tagħti divorzju.

(2) Madankollu, il-qorti tista’ tieħu nota tal-ftehim tal-konjuġi sa mhux aktar tard mill-ewwel seduta li għaliha l-partijiet ikunu ġew imħarrka legalment.

Artikolu 2599.

Forma tal-ftehim biex tintgħażel il-liġi applikabbli

Il-ftehim biex tintgħażel il-liġi applikabbli għad-divorzju jrid jiġi konkluż bil-miktub u jrid ikun iffirmat u datat mill-konjuġi.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna