Skip to main content

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali

Ġermanja
Ġermanja
Flag of Germany

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Skont il-liġi Ġermaniża (l-Artikolu 46(e) (1) EGBGB) ftehim dwar l-għażla tal-liġi skont l-Artikolu 7(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 jrid jiġi rreġistrat f’att notarili. L-Artikolu 127(a) tal-Kodiċi Ċivili japplika mutatis mutandis.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Skont il-liġi Ġermaniża (l-Artikolu 46(e)(2) EGBGB), il-konjuġi jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 sal-konklużjoni tas-seduta fl-ewwel istanza.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna