Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
Skont l-Artikolu 27(1), fl-Estonja, il-qrati tal-kontea huma kompetenti biex jittrattaw t-talbiet għal dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni (Ara l-Artikolu 121 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Skont l-Artikolu 32(2), fl-Estonja l-qrati distrettwali huma kompetenti biex jisimgħu l-appelli kontra deċiżjonijiet dwar dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni.
Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
Fl-Estonja, id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu kontestati kif stabbilit fl-Artikolu 33 billi jiġi ppreżentat appell mal-Qorti Suprema (l-Artikoli 625 u 695-701 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
Il-proċedura għar-rikorsi għal rieżami stabbilita fl-Artikolu 19 fl-Estonja sseħħ taħt id-dispożizzjonijiet ta' talbiet ta' aġġudikazzjoni, sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, l-għarfien u l-infurzar tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati mal-obbligi ta' manteniment. Il-qrati tal-kontea huma kompetenti biex jittrattaw r-rikorsi għal reviżjoni.
Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
Skont l-Artikolu 49(3), l-awtorità ċentrali fir-Repubblika tal-Estonja hija:
Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Diġitali (Justiits- ja Digiministeerium)
Suur-Ameerika 1, 10122 Tallinn
posta elettronika: central.authority@justdigi.ee
telefown: +372 620 8190; +372 620 8183; +372 715 3443; +372 620 8186
Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
Skont l-Artikolu 21, fl-Estonja l-qrati tal-kontea huma kompetenti biex jittrattaw rikorsi għal ċaħda jew sospensjoni ta' eżekuzzjoni.
Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
Skont l-Artikolu 20, 28 u 40, l-Estonja taċċetta traduzzjonijiet bl-Ingliż barra d-dokumenti bl-Estonjan.
Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Skont l-Artikolu 59, l-Estonja taċċetta komunikazzjoni ma' awtoritajiet ċentrali oħra kemm bl-Estonjan kif ukoll bl-Ingliż.