Skip to main content

Obbligi ta' manteniment

Latvja
Latvja
Flag of Latvia

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Latvia
Liġi tal-Familja - Obbligi ta’ Manteniment
* input mandatarju

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Fil-Latvja, il-qrati b’kompetenza li jittrattaw rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà f’konformità mal-Artikolu 27(1) huma l-qrati ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali, jiġifieri l-qrati distrettwali (distrett tal-belt) (rajona (pilsētas) tiesas).

Fil-Latvja, il-qrati b’kompetenza li jittrattaw appelli kontra deċiżjonijiet dwar rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà f’konformità mal-Artikolu 32(2) huma l-qrati reġjonali rilevanti (apgabaltiesas) permezz tal-intermedjazzjoni tal-qorti distrettwali (tal-belt) rilevanti. Fi kliem ieħor, rikors irid jiġi indirizzat lill-qorti reġjonali rilevanti u ppreżentat lill-qorti distrettwali (tal-belt) rilevanti.

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Deċiżjoni mogħtija fl-appell skont l-Artikolu 33 tar-Regolament tista’ tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Suprema, is-Senat, permezz tal-intermedjazzjoni tal-qorti reġjonali rilevanti. Fi kliem ieħor, rikors irid jiġi indirizzat lill-Qorti Suprema u ppreżentat lill-qorti reġjonali rilevanti.

Dettalji ta’ kuntatt:

Il-Qorti Suprema

Brīvības bulvāris 36

Riga, LV-1511

Il-Latvja

Tel.: +371 670 203 50

Fax: +371 670 203 51

Email: at@at.gov.lv

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Il-konvenut jista' jagħmel talba biex kawża terġa tiġi eżaminata mill-ġdid b'rabta ma' reviżjoni ta' deċiżjoni, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament billi jippreżenta rikors:

1)      fir-rigward tar-reviżjoni ta' sentenza jew deċiżjoni mogħtija minn qorti distrettwali (jew tal-belt ta' distrett) – fil-qorti reġjonali rilevanti;

2)      fir-rigward tar-reviżjoni ta' sentenza jew deċiżjoni mogħtija minn qorti reġjonali – fl-Awla tal-Kawżi Ċivili tal-Qorti Suprema;

3)      fir-rigward tar-reviżjoni ta' sentenza jew deċiżjoni mogħtija minn awla tal-Qorti Suprema - fit-Taqsima tal-Kawżi Ċivili tas-Senat tal-Qorti Suprema.

Ma jistax jiġi ppreżentat rikors jekk ikun skada l-perjodu li fih id-dokument eżekuttiv rigward id-deċiżjoni rilevanti seta' jiġi ppreżentat għall-eżekuzzjoni.

Meta tisma' rikors il-qorti teżamina jekk iċ-ċirkostanzi indikati mill-applikant jistgħux ikunu meqjusa bħala ċirkostanzi li jiġġustifikaw ir-reviżjoni tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament. Jekk il-qorti tikkonkludi li ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw ir-reviżjoni tas-sentenza, hija tħassar is-sentenza kompletament u tibgħat il-kawża quddiem il-qorti tal-prim'istanza biex tiġi eżaminata mill-ġdid. Jekk il-qorti tqis li ċ-ċirkostanzi indikati fir-rikors m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala ċirkostanzi li jiġġustifikaw ir-reviżjoni tas-sentenza, hija tiċħad ir-rikors. Jista' jsir ilment anċillari fir-rigward tad-deċiżjoni tal-qorti.

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Amministrazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija għall-Manteniment (Uzturlīdzekat u garantiju fonda administrācija)

Indirizz: Raiņa bulvāris 15, Riga, LV-1050, il-Latvja

email: maintenance@ugf.gov.lv

Tel.: +371 67830626

Fax: (+371) 67830636

Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi

Fil-Latvja, il-funzjonijiet speċifiċi tal-awtoritajiet ċentrali msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament jitwettqu mill-Amministrazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija għall-Manteniment. Dan il-punt jirreferi għall-korpi pubbliċi, u fis-sens tal-Artikolu 64 tar-Regolament dawn huma korpi pubbliċi li jiżguraw il-ħlas tal-manteniment, u skont dan, jistgħu jippreżentaw rikors transfruntiera bħala kredituri.  Fil-Latvja, dan il-korp għadu l-UGFA (l-Amministrazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija għall-Manteniment). Ir-raġuni għar-referenza għall-Artikolu 51 hija li f’pajjiżi oħra, l-Awtorità Ċentrali u l-korp pubbliku huma separati, iżda l-korp pubbliku huwa intitolat li jressaq rikors transfruntiera lil pajjiż ieħor direttament mingħajr il-ħtieġa li tintervjeni l-Awtorità Ċentrali tiegħu stess. 

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

Fil-Latvja, l-awtoritajiet b’kompetenza li jirrifjutaw jew jissospendu l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni għall-finijiet tal-Artikolu 21 tar-Regolament huma l-qrati distrettwali (distrett tal-belt) li fil-ġuriżdizzjoni tagħhom id-deċiżjoni minn qorti barranija hija eżegwibbli.

L-Artikolu (1)(f) tar-Regolament jirreferi għall-awtorità tal-eżekuzzjoni, u fil-Latvja dan ifisser l-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati. Ir-referenza għall-Artikolu 21 min-naħa tagħha tikkonċerna d-dritt tal-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati Latvjani li jirrifjutaw li jeżegwixxu każ minħabba preskrizzjoni, jissospendu l-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni jekk tkun teżisti deċiżjoni oħra tal-qorti, eċċ. Barra minn hekk, l-Artikolu 21 jikkonċerna każijiet fejn l-exequatur ikun ġie abolit u għalhekk il-qorti ma tivvalutax l-eżegwibbiltà, ħlief fejn tkun ġiet ippreżentata talba għal stħarriġ ġudizzjarju skont l-Artikolu 19.

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Il-Latvja taċċetta traduzzjonijiet tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40 tar-Regolament bl-ilsien nazzjonali, jiġifieri l-Latvjan.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Il-Latvja taċċetta biss l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 56 tar-Regolament (l-Annessi VI u VII tar-Regolament) fil-lingwa nazzjonali, jiġifieri l-Latvjan.

Il-Latvja taċċetta talbiet għal miżuri speċifiċi (l-Anness V tar-Regolament) bil-Latvjan jew inkella bl-Ingliż.

Fil-każ ta' komunikazzjonijiet oħra l-Awtorità Ċentrali, meta mitluba, taċċetta l-Latvjan jew l-Ingliż.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna