Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
L-Imħallef tal-Qorti Superjuri (Master of the High Court) huwa kompetenti biex jisma’ r-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità, u l-appelli minn deċiżjonijiet fuq tali rikorsi jiġu deċiżi mill-Qorti Superjuri (High Court).
Id-dettalji ta’ kuntatt huma kif ġej:
Il-Qorti Superjuri (The High Court),
Inns Quay,
Dublin 7
Telefown: 00 353 1 888 6016
HighCourtCentralOffice@courts.ie
L-Imħallef tal-Qorti Superjuri (Master of the High Court),
Il-Qorti Superjuri (High Court),
Inns Quay,
Dublin 7
Telefown: 00 353 1 8886000
Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
Appell fuq punt ta’ dritt quddiem il-Qorti tal-Appell (Court of Appeal) (ta’ min jinnota, madankollu, li f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Irlandiża, il-Qorti Suprema (Supreme Court) għandu jkollha ġuriżdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ appelli minn deċiżjoni tal-Qorti Superjuri (High Court) jekk tkun sodisfatta li jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw appell dirett quddiemha. Il-Qorti Suprema (Supreme Court) għandu jkollha wkoll ġuriżdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ appelli minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell (Court of Appeal) jekk tkun sodisfatta li ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kostituzzjoni jkunu sodisfatti.).
Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
Rikors għal stħarriġ skont l-Artikolu 19 għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li tkun tat id-deċiżjoni. Il-proċedura tkun simili għal dik li tapplika fil-każ ta’ Ordni Ewropea ta’ Eżekuzzjoni.
Ir-Regoli Rilevanti tal-Qorti jinstabu fi
Il-Qrati Superjuri (Superior Courts) ir-Regola 11 tal-Ordni 13(168 Kb) , ir-Regola 14 tal-Ordni 27(168 Kb)
Il-Qorti taċ-Ċirkwit (Circuit Court) l-Ordni 30(168 Kb)
Il-Qorti Distrettwali ir-Regola 3 tal-Ordni 45(168 Kb)
Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
Il-Ministru għall-Ġustizzja huwa deżinjat bħala l-Awtorità Ċentrali għall-Istat għall-iskopijiet tar-Regolament tal-Kunsill.
Tista’ tikkuntattja l-Awtorità Ċentrali permezz tad-dettalji li ġejjin:
Department of Justice
7 Ely Place,
Dublin 2
Numru tat-telefown + 353 (1) 602 8202
email mainrecov@justice.ie
Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
L-Irlandiż, l-Ingliż.
Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
L-Irlandiż, l-Ingliż.