Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
Il-qorti b'kompetenza biex tittratta rikorsi għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 27(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali rikorsi skont l-Artikolu 32(2) tista' tinstab hawn:
Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
Appell quddiem il-Qorti tal-Appell jew il-Qorti Suprema. L-appell għandu jiġi ppreżentat lill-qorti li tkun tat is-sentenza. Awtorizzazzjoni biex jitressaq appell hija meħtieġa fil-Qorti tal-Appell u fil-Qorti Suprema.
Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
Meta rikors għal rieżami jkun jikkonċerna deċiżjoni ta' Qorti Distrettwali (tingsrätt) jew tal-Awtorità tal-Eżekuzzjoni Żvediża (Kronofogdemyndigheten): rikors lill-Qorti tal-Appell (hovrätt)
Ir-rikors għal rieżami għandu jkun bil-miktub. Ir-rikorrent għandu jispeċifika d-deċiżjoni li dwarha qed isir ir-rikors. Ir-rikors għandu jinkludi wkoll ir-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat ir-rikors u l-provi dokumentarji u l-provi l-oħra li r-rikorrent jixtieq iressaq. Ir-rikors għandu jinġieb għall-attenzjoni tal-parti l-oħra.
Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
L-Aġenzija Żvediża tal-Assigurazzjoni Soċjali (Försäkringskassan)
Mistoqsijiet ġenerali u mistoqsijiet dwar deċiżjonijiet ta' politika
L-Aġenzija Żvediża tal-Assigurazzjoni Soċjali (Försäkringskassan)
SE-103 51 Stockholm
Email: huvudkontoret@forsakringskassan.se
Applikazzjonijiet u talbiet għal għajnuna f'każijiet speċifiċi
L-Aġenzija Żvediża tal-Assigurazzjoni Soċjali (Försäkringskassan)
Box 1164
SE-621 22 Visby
Tel.: +46 (0) 10 11 51 010
Faks: +46 (0) 10 11 20 411
Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
l-Awtorità tal-Eżekuzzjoni Żvediża (Kronofogdemyndigheten)
Indirizz postali: Box 773, SE-801 29 Gävle
Tel.: +46 771 73 73 00
Faks + 46 10 573 18 25
Email: kontakt@kronofogden.se
Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
L-Iżvediż.
Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
L-Iżvediż, l-Ingliż