- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
- L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
- L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
- L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
- L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
- L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
- L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
- L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
- L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
- L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
- L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
- L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
- L-Artikolu 20 – Notifika diretta
- L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
- L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
- L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti
Il-qrati, l-awtoritajiet ta’ eżekuzzjoni u awtoritajiet Żvediżi oħrajn li jinnotifikaw dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali.
L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi
Il-Bord Amministrattiv tal-Kontea ta’ Stokkolma (Länsstyrelsen i Stockholms län)
L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti
L-ebda
L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I
Il-formola standard tista’ timtela’ bl-Iżvediż jew bl-Ingliż.
L-Artikolu 4 – Korp ċentrali
Il-Bord Amministrattiv tal-Kontea ta’ Stokkolma
L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
L-Artikolu 7(1)(c)
Jekk l-indirizz ta’ persuna li għandha tiġi nnotifikata b’dokument ġudizzjarju jew ekstraġudizzjarju ma jkunx magħruf, l-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża (Skatteverket) tgħin billi tipprovdi l-indirizzi ta’ persuni fiżiċi, u l-Uffiċċju Żvediż għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji (Bolagsverket) jgħin billi jipprovdi l-indirizzi tal-kumpaniji. Ma hemm l-ebda proċedura formali partikolari biex jinkiseb l-aċċess għal din l-informazzjoni.
L-informazzjoni tista’ tintalab mingħand l-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża billi ċċempel lill-Aġenzija fuq +46 771-567567 jew billi tikklikkja fuq il-link li ġejja: Staqsi mistoqsija jew agħti risposta | Skatteverket. Il-link tiftaħ formola online li permezz tagħha tista’ tistaqsi dwar xi indirizz. Tista’ wkoll tibgħat il-mistoqsijiet tiegħek bil-posta fl-indirizz li ġej: Skatteverket, 205 30 Malmö, Sweden. Jekk tkun qed tibgħat il-mistoqsija bil-posta, tista’ tuża l-formola B.
Tista’ titlob informazzjoni mingħand l-Uffiċċju Żvediż għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji billi ċċempel lill-Uffiċċju fuq +46 771670670 jew billi tibgħat il-mistoqsija tiegħek b’email lil bolagsverket@bolagsverket.se. Tista’ wkoll tibgħat il-mistoqsijiet tiegħek bil-posta fl-indirizz li ġej: Bolagsverket, 851 81 Sundsvall, Sweden. Jekk tkun qed tibgħat il-mistoqsija bl-email jew bil-posta, tista’ tuża l-formola B.
L-Artikolu 7(2)(c)
L-awtorità rikjesta tfittex l-indirizz il-ġdid tal-parti riċeventi fuq l-inizjattiva tagħha stess jekk il-parti riċeventi tkun telqet mill-indirizz mogħti fit-taħrika.
Indirizz ta’ persuna fiżika/persuni fiżiċi:
l-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża (Skatteverket)
Tel.: +46 771-567567
Email: Staqsi mistoqsija jew agħti risposta | Skatteverket.
Indirizz postali: Skatteverket, 205 30 Malmö
Indirizzi ta’ kumpaniji:
l-Uffiċċju Żvediż għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji (Bolagsverket)
Tel.: +46 771 670 670
Email: bolagsverket@bolagsverket.se
Indirizz postali: Bolagsverket, 832 81 Sundsvall
Sit Web: Paġna ewlenija – Sib informazzjoni dwar kumpanija (bolagsverket.se)
L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti
L-Iżvediż u l-Ingliż huma t-tnejn aċċettati fuq il-formola standard.
L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 13 – Data tan-notifika
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
L-Iżvediż u l-Ingliż huma t-tnejn aċċettati fuq iċ-ċertifikat ta’ notifika.
L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 20 – Notifika diretta
L-Awtorità tal-Pulizija Żvediża (Polismyndigheten) jew kumpanija tan-notifiki awtorizzata.
L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Mhux applikabbli.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.