Skip to main content

Notifika ta’ dokumenti (riformulazzjoni)

Italja
Italja
Flag of Italy

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Italy
Għoti ta' Dokumenti
* input mandatarju

L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti

L-Uffiċċju għan-Notifika, għall-Eżekuzzjoni u għall-Avviżi ta’ Nuqqas ta’ Ħlas (Uffici Notifiche Esecuzione Protesti, UNEP) fil-qrati tal-appell (corti d’appello) u fil-qrati (tribunali) li quddiemhom tkun ġiet ippreżentata t-tilwima li għalihom tintalab in-notifika.

L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi

L-UNEPs kollha fil-qrati tal-appell u fil-qrati fl-Italja.

L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti

Posta jew posta elettronika.

L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I

it-Taljan, l-Ingliż u l-Franċiż.

L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi

Għall-finijiet tal-Artikolu 7(1), l-Italja tipprovdi assistenza billi tinnomina lill-UNEP fil-Qorti tal-Appell ta’ Ruma bħala l-awtorità nominata li lilha l-aġenziji trażmettituri jistgħu jindirizzaw talbiet dwar id-determinazzjoni tal-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata.

Viale Giulio Cesare 52, 00192 Rome

Tel.: +39 06 32836 7058/7059

Indirizz tal-email:attiesteri.unep.ca.roma@giustizia.it

Email awtentikat: attiesteri.unep.roma@giustiziacert.it

Il-UNEP ma jissottomettix talbiet fuq inizjattiva tiegħu stess għal informazzjoni dwar destinatarji lil reġistri tad-domiċilji jew lil bażijiet tad-data oħrajn f’każijiet li fihom l-indirizz indikat fit-talba għan-notifika ma jkunx korrett.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)(c) tinstab taħt il-punt 4.2 korrispondenti fuq il-portal tal-Ġustizzja elettronika: Servizz:trażmissjoni uffiċjali ta’ dokumenti legali

L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti

it-Taljan, l-Ingliż u l-Franċiż.

L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument

Ebda informazzjoni sottomessa.

L-Artikolu 13 – Data tan-notifika

Ebda deroga invokata.

L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat

it-Taljan, l-Ingliż u l-Franċiż.

L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika

Għalissa, ma jintalbux tariffi għan-notifika ta’ dokumenti li joriġinaw barra mill-pajjiż minbarra dawk stabbiliti għad-dokumenti notifikati, fuq it-talba ta’ parti, fl-Italja.

L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari

L-Italja topponi n-notifika diretta ta’ dokumenti ġudizzjarji minn aġenti diplomatiċi jew konsulari lil persuni li jirresjedu fi Stat Membru ieħor, ħlief meta d-dokument ikun se jiġi nnotifikat lil ċittadin Taljan li jirresjedi fi Stat Membru ieħor.

L-Italja topponi n-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji mill-aġenti diplomatiċi jew konsulari ta’ Stat Membru lil persuni li jirresjedu l-Italja, ħlief meta d-dokument ikun se jiġi nnotifikat lil ċittadin tal-Istat Membru inkwistjoni.

L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku

Ebda informazzjoni sottomessa.

L-Artikolu 20 – Notifika diretta

Uffiċjali pubbliċi.

L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti

L-Italja ma tagħmel l-ebda komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 22.

L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri

Ma hemm l-ebda ftehim x’jiġi rrapportat skont l-Artikolu 29.

L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

L-Italja mhijiex biħsiebha tissottometti n-notifika msemmija fl-Artikolu 33.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna