Skip to main content

Notifika ta’ dokumenti (riformulazzjoni)

Olanda
Olanda
Flag of Netherlands

Ir-Regolament (UE) 2020/1784

Ir-Regolament dwar in-Notifiki ikopri proċeduri għan-notifika transfruntiera ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Netherlands
Għoti ta' Dokumenti
* input mandatarju

L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti

L-uffiċjali ġudizzjarji kollha tan-Netherlands huma aġenziji mittenti. Uża dan is-sit web biex issib aġenzija mittenti: https://www.kbvg.nl/zoekeengerechtsdeurwaarderskantoor.

Fir-rigward tan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji, il-qrati nħatru wkoll bħala aġenziji mittenti (l-Artikolu 2(3) tal-Uitvoeringswet Betekenisverordening (l-Att ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament dwar in-Notifika)).

L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti

Jekk japplika l-Artikolu 5(4) (interruzzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew ċirkostanzi eċċezzjonali), l-uffiċjali ġudizzjarji jistgħu jirċievu d-dokumenti bil-posta. In-Netherlands iqisu l-fatt li s-sistema tal-IT deċentralizzata għadha mhix qed taħdem bħala “interruzzjoni” skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu.

L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I

L-Olandiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż.

L-Artikolu 4 – Korp ċentrali

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta’ dan l-Artikolu l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni lingwistika li qed tara bħalissa qed titħejja mit-tradutturi tagħna.

Il-korp ċentrali huwa l-Organizzazzjoni Professjonali Rjali tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Koninklijke Beroepsorganisatie van Gerechtsdeurwaarders).

Indirizz:

Prinses Margrietplantsoen 49

2595 BR THE HAGUE

In-Netherlands

Tel.: + 31 70 890 35 30

Posta elettronika: kbvg@kbvg.nl

Sit web: http://www.kbvg.nl/

L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi

L-uffiċjali ġudizzjarji kollha fin-Netherlands huma aġenziji riċeventi u huma awtorizzati jipprovdu assistenza skont l-Artikolu 7(1)(a). L-aġenziji riċeventi jinsabu hawnhekk: https://www.kbvg.nl/zoekeengerechtsdeurwaarderskantoor. L-uffiċjali ġudizzjarji huma intitolati li jivverifikaw indirizz fir-Reġistru tal-Persuni (BRP) jekk jirċievu talba għal informazzjoni dwar indirizz skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u jekk jirċievu talba għal notifika min-Netherlands jew minn barra.

Skont l-Artikolu 7(2)(c), ir-rekords tal-popolazzjoni jiġu vverifikati jekk dan ikun previst mil-liġi jew b’ordni tal-qorti.

L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti

Il-formola msemmija fl-Artikolu 8(2) li takkumpanja d-dokument li għandu jiġi trażmess lill-aġenzija riċeventi trid timtela bl-Olandiż, bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument

Jekk id-dokument ma jkunx miktub bl-Olandiż, id-destinatarju jista’ jirrifjuta li jaċċettah.

L-Artikolu 13 – Data tan-notifika

Fin-Netherlands, meta dokument irid jiġi nnotifikat fi żmien perjodu partikolari, id-data li għandha tiġi kkunsidrata fir-rigward tar-rikorrent hija stabbilità mil-liġi Netherlandiża.

Meta skont il-liġi ta’ pajjiż tal-UE dokument irid jiġi pproċessat fi żmien perjodu partikolari, id-data li għandha tiġi kkunsidrata fir-rigward tar-rikorrent hija dik stabbilità mil-liġi ta’ dak il-pajjiż.

L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat

Ċertifikat skont it-tifsira tal-Artikolu 14 tar-Regolament mibgħut lil aġenzija mittenti fin-Netherlands jista’ jkun bl-Olandiż, bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż.

L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika

Notifika ta’ dokumenti bħalissa tiswa EUR 125. Dan ma jinkludix il-VAT. L-uffiċjali ġudizzjarji huma persuni taxxabbli skont id-Direttiva dwar il-VAT (2006/112/KE).

Jekk għandhiex tiġi imposta (jew titneħħa) il-VAT jiddependi mill-istatus ta’ min għamel it-talba. Jekk ma jkollux in-numru tal-VAT jew ma jipprovdihx lill-uffiċjal ġudizzjarju meta jitlobulu, ikollu jħallas il-VAT.

L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari

In-Netherlands ma jopponix il-possibbiltà li Stat Membru jinnotifika xi dokumenti ġudizzjarji lil persuni residenti fin-Netherlands, mingħajr ebda pressjoni, direttament permezz tal-aġenti diplomatiċi jew konsulari tiegħu.

L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku

Attwalment mhux applikabbli.

L-Artikolu 20 – Notifika diretta

Notifika diretta fuq il-bażi tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament minn uffiċjal ġudizzjarju hija permessa għal persuni residenti fin-Netherlands.

L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 22(1), l-imħallfin fin-Netherlands jistgħu jagħtu sentenza jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-klawżola 2.

Rikors għall-ħelsien mill-effetti tal-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament ikun ammissibbli jekk titressaq fi żmien sena mid-data li fiha tkun ingħatat id-deċiżjoni.

L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri

Mhux rilevanti.

L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Għad irid jiġi deċiż

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna