Skip to main content

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Informazzjoni dwar il-proċedura għal talba għal kumpens

Jekk sfajt vittma ta’ delitt meta kont barra minn pajjiżek (f’pajjiż tal-UE li ma tgħixx fih), tista’ tressaq it-talba lill-awtorità tal-assistenza tal-pajjiż li tgħix fih. L-awtorità tal-assistenza tittraduċi u tibgħat it-talba lill-awtorità li tiddeċiedi tal-pajjiż tal-UE fejn ikun seħħ id-delitt. L-awtorità li tiddeċiedi hija responsabbli mill-valutazzjoni tat-talba u mill-ħlas tal-kumpens.

Hawnhekk għandek issib informazzjoni dwar il-proċedura li trid issegwi biex l-applikazzjoni tiegħek tintbagħat mill-pajjiż tar-residenza tiegħek lill-pajjiż tal-UE fejn ikun seħħ id-delitt. Skont id-dritt tal-UE, il-pajjiż tal-UE fejn ikun seħħ id-delitt huwa dak responsabbli mill-ħlas tal-kumpens.

Sabiex issib ma’ liema proċedura għandek timxi, għandek tagħti daqqa t’għajn lejn l-informazzjoni tal-pajjiż tar-residenza tiegħek.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna