Skip to main content

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Lussemburgu
Il-kontenut ipprovdut minn
Lussemburgu
Flag of Luxembourg

Liema awtorità se tgħinni biex nibgħat pretensjoni f’pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

13, rue Erasme
L-2934
LUXEMBOURG

Tel.: (352) 2478 45 27, (352) 2478 45 17
Faks: (352) 26 68 48 61, (352) 22 52 96

Email: info@mj.public.lu
Sit web: http://www.mj.public.lu/services_citoyens/indemnisation/index.html

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Lussemburgu se jgħin lill-vittma biex tikseb informazzjoni essenzjali dwar il-possibbiltajiet li tressaq pretensjoni għal kumpens fi Stat Membru ieħor u biex tibgħat il-pretensjoni ta’ kumpens lill-awtorità responsabbli f’dak l-Istat Membru l-ieħor sabiex dan ikun jista’ jiddeċiedi dwar il-pretensjoni.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja bl-istess mod se jgħin lill-vittma meta tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali mill-awtorità li qed tiddeċiedi fl-Istat Membru l-ieħor.

Fejn applikabbli, il-Ministeru tal-Ġustizzja għandu jagħmel arranġamenti biex il-vittma tinstema’ mill-awtorità li qed tiddeċiedi, b’mod partikolari permezz ta’ konferenzi bit-telefon. Jista’ wkoll jingħata struzzjonijiet mill-awtorità li qed tiddeċiedi biex jikseb dikjarazzjonijiet orali mill-vittma, li jiġu rreġistrati f'rapport li għandu jintbagħat lill-awtorità li qed tiddeċiedi.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Il-pretensjoni li tkun se tiġi ppreżentata tista’ tintbagħat bil-Ġermaniż, bil-Franċiż jew bl-Ingliż sabiex, fil-prinċipju, it-traduzzjoni ma tkunx meħtieġa.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna