Skip to main content

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Danimarka
Il-kontenut ipprovdut minn
Danimarka
Flag of Denmark

Liema awtorità tgħinni nibgħat talba f’pajjiż tal-UE?

Il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż (Erstatningsnævnet)

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Bħala awtorità ta’ assistenza, il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż għandu jassisti lill-applikanti bit-traduzzjoni u s-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom f’pajjiż ieħor tal-UE u, waqt il-proċedimenti, għandu jassistihom bit-traduzzjoni ta’ dokumenti irċevuti minn, jew li jridu jiġu sottomessi lil, pajjiż ieħor tal-UE.

Jekk it-talba li tkun qed tintbagħat ikollha bżonn traduzzjoni, l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn? Jekk iva, min iħallas għal dan is-servizz?

Iva. Il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż għandu jikkuntattja traduttur u jħallas l-ispejjeż għat-traduzzjoni tad-dokumenti meħtieġa.

Meta t-talba tintbagħat barra l-pajjiż hemm xi tariffi amministrattivi jew oħrajn li jridu jitħallsu?

Le. Il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż għandu jħallas l-ispejjeż b’rabta mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni barra l-pajjiż.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna