Skip to main content

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

L-Estonja
Il-kontenut ipprovdut minn
L-Estonja
Flag of Estonia

Liema awtorità tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali

Endla 8
15092
TALLINN

Telefon: +372 612 1360
Fax: +372 640 8155

Posta elettronika: info@sotsiaalkindlustusamet.ee
Sit web: http://www.sotsiaalkindlustusamet.ee/

Kummenti:

L-awtorità li tiddeċiedi hija l-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali flimkien mad-dipartimenti tal-pensjoni lokali tiegħu.

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Li tassisti fil-mili u s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-kumpens u d-dokumenti ta’ sostenn lill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż ieħor.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba ’l barra tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Jekk persuna tavviċina lill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż ieħor direttament, l-ispejjeż tbatihom hi. Jekk id-dokumenti jiġu ppreżentati permezz tal-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali, il-formoli meħtieġa jimtlew u tiġi mehmuża traduzzjoni mhux uffiċjali, jekk ikun meħtieġ. Is-servizz tat-traduzzjoni jitħallas mill-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li jridu jitħallsu meta talba tintbagħat f’pajjiż ieħor?

Le.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna