Skip to main content

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Ungerija
Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija
Flag of Hungary

Liema awtorità tgħinni nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?

Bħala awtoritajiet ta’ assistenza, l-uffiċċji tal-gvern ta’ Budapest u tal-kontea (servizzi lokali ta’ appoġġ għall-vittmi) jipprovdu assistenza.

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

L-awtorità ta’ assistenza tipprovdi formoli ta’ applikazzjoni u assistenza fil-mili tal-formoli ta’ applikazzjoni u tittrażmetti l-formoli ta’ applikazzjoni.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk ikun hemm bżonn għat-talba li nkun se nibgħat? Jekk iva, min iħallas għat-traduzzjoni?

Iva, u l-ispejjeż jitħallsu mill-Istat.

Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat pajjiż ieħor?

Le, it-trażmissjoni tat-talba hija mingħajr ħlas.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna