Skip to main content

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Portugall
Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall
Flag of Portugal

Liema awtorità se tgħinni nippreżenta pretensjoni f'pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi tad-Delitti (Comissão de Proteção às Vítimas de Crimes - CPVC).

X'inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?

L-“awtorità tal-assistenza” fil-Portugall hija l-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi tad-Delitti (Comissão de Proteção às Vítimas de Crimes - CPVC), li għandha l-funzjonijiet li ġejjin:

  • Tgħin biex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi kkompletata t-talba/pretensjoni;
  • Tgħaddi l-pretensjonijiet lill-awtorità li tiddeċiedi tal-Istat Membru fejn ikun twettaq id-delitt;
  • Tiggwida lill-pretendenti jekk ikunu meħtieġa dokumenti addizzjonali;
  • Torganizza seduta jekk l-awtorità li tiddeċiedi fl-Istat Membru l-ieħor tal-UE tqis li jkun meħtieġ.

Din l-awtorità se tittraduċi d-dokumenti ta’ prova, jekk ikunu meħtieġa traduzzjonijiet għall-finijiet tal-pretensjoni li tkun qed tintbagħat? Jekk iva, min iħallas għat-traduzzjoni?

Id-dokumenti jridu jiġu ppreżentati bil-Portugiż u bl-Ingliż. Jekk ikun meħtieġ li jiġu tradotti, l-ispiża titħallas mis-CPVC.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra l-pajjiż?

Le.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna