Skip to main content

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Iċ-Ċekja
Il-kontenut ipprovdut minn
Iċ-Ċekja
Flag of Czechia

Liema awtorità se tgħini biex nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja taċ-Ċekja, id-Dipartiment tal-Kumpens

Vyšehradská 16
CZ-128 00
Praga 2

Tel: (420) 221997966
Faks : (420) 221997967

Email: odsk@msp.justice.cz

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Tipprovdi kuntatt u komunikazzjoni mal-awtorità li tiddeċiedi dwar it-talba.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Id-dokumenti jiġu tradotti mill-awtorità ta’ assistenza, għas-spejjeż tagħha.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna