Liema awtorità tista’ tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?
L-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Soċjali u għan-Nies b’Diżabilitajiet, il-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali (Bundesamt für Soziales und Behindertenwesen - Sozialministeriumservice) – Il-Fergħa ta’ Vjenna
Babenbergerstraße 5
A-1010 Vienna
Tel.: 0043 158831
Faks: 0043(0)10599882516
posta elettronika: post.wien@sozialministeriumservice.at
X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?
Il-kompiti tal-awtorità li tassisti huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE. Dawn huma spjegati wkoll fit-Taqsima 9a tal-Att dwar il-Vittmi ta’ Reat (Verbrechensopfergsetz).
Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?
Skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, il-vittma ma għandhiex bżonn tħallas għal din.
Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?
Il-vittma ma ġġarrab ebda spiża.