Liema awtorità se tgħinni nippreżenta pretensjoni f'pajjiż ieħor tal-UE?
Ebda informazzjoni disponibbli.
X'inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?
Ir-rwol tal-awtorità tal-assistenza huwa li tgħinek issib l-informazzjoni meħtieġa biex tfassal l-applikazzjoni u tippreżentaha flimkien mad-dokumenti rilevanti sabiex tikseb kumpens, biex b’hekk tegħleb kemm id-diffikultajiet prattiċi kif ukoll dawk lingwistiċi.
Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni li tkun qed tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?
Is-Servizzi tal-Assigurazzjoni Soċjali jaġixxu bħala l-awtorità tal-assistenza iżda mhumiex responsabbli għat-traduzzjoni tad-dokumenti ta’ sostenn.
Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż?
M’hemm l-ebda spiża amministrattiva jew spiża oħra li trid titħallas meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż.