Ir-Regolament (UE) Nru 2020/1783 (riformulazzjoni), li jkopri l-kooperazzjoni bejn il-qrati f’pajjiżi differenti tal-UE dwar il-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’każijiet ċivili u kummerċjali, jipprovdi qafas legali ġenerali għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’pajjiż ieħor li mhux dak tal-qorti. Dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 u jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2022. Ir-Regolament il-ġdid jiċċara kif għandha ssir il-kumpilazzjoni tax-xhieda permezz ta’ vidjokonferenza jew teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod u jistabbilixxi l-formola N fl-Anness I għall-iskambju ta’ informazzjoni teknika rilevanti. Il-formola N għandha tintuża kemm għat-talba ta’ kumpilazzjoni ta’ xhieda permezz ta’ vidjokonferenza kif ukoll għat-tweġiba pożittiva għal tali talba. Madankollu, kull pajjiż tal-UE għandu l-liġijiet proċedurali tiegħu stess f’dan il-qasam, għalhekk id-dettalji tal-proċess ivarjaw skont il-liġi tal-pajjiż li jirċievi talba għall-kooperazzjoni.
Sabiex l-awtoritajiet ġudizzjarji f’pajjiżi differenti tal-UE jsibuha aktar faċli biex jaħdmu flimkien u jagħmlu użu sħiħ mill-vidjokonferenzi għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’pajjiż ieħor tal-UE, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali (NĠE ċivili) ipproduċa sett ta’ skedi informattivi. Dawn jipprovdu informazzjoni prattika dwar ir-regoli, il-proċeduri u faċilitajiet tekniċi f’pajjiżi differenti tal-UE.
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Ħolqa relatata