1 Huwa possibbli li l-provi jinġabru b’vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta’ qorti fl-Istat Membru rikjedenti jew inkella direttament minn qorti ta’ dak l-Istat Membru? Jekk iva, x’inhuma l-proċeduri jew il-liġijiet nazzjonali rilevanti li japplikaw?
Imħallef għandu jiddeċiedi dwar l-użu ta’ vidjokonferenzi minn rappreżentanti tat-tieni pajjiż b’mod tempestiv, bir-rikorrent jiġi kkuntattjat individwalment qabel il-bidu tal-vidjokonferenzi.
L-imħallef għandu jiddeċiedi l-kwistjonijiet kollha f’konformità mal-Liġi dwar il-proċedura ċivili (Civilprocesa likums).
2 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta’ persuna li tista’ tiġi eżaminata permezz ta’ vidjokonferenza – pereżempju, huma biss xhieda jew oħrajn bħal esperti jew partijiet jistgħu wkoll jiġu eżaminati b’dan il-mod?
Kemm ix-xhieda kif ukoll l-esperti jistgħu jiġu interrogati.
L-Artikolu 108(1) tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili jipprovdi li xhud jista’ jiġi interrogat ukoll permezz ta’ konnessjoni bil-vidjo tal-qorti mal-post fejn jinsab ix-xhud jew ma’ post mgħammar apposta għal dan l-għan.
L-Artikolu 122 tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili jipprovdi wkoll li espert jista’ jiġi interrogat ukoll permezz ta’ konnessjoni bil-vidjokonferenzi tal-qorti mal-post fejn ikun jinsab l-espert jew f’post mgħammar apposta għal dan l-għan.
3 Liema huma r-restrizzjonijiet, jekk hemm, fuq it-tip ta’ evidenza li tista’ tinkiseb bil-vidjokonferenzi?
Dawn għandhom jiġu deċiżi mill-qorti.
4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista’ tinstema’ bil-vidjokonferenza– jiġifieri trid tkun fil-qorti?
Il-Liġi dwar il-proċedura ċivili tistabbilixxi li l-vidjokonferenzi tal-qorti għandhom isiru bl-użu ta’ konnessjoni bil-vidjokonferenzi mal-post fejn tinsab il-persuna inkwistjoni jew f’post mgħammar apposta għal dan l-għan.
5 Huwa permess li s-seduti bil-vidjokonferenza jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?
F’konformità mal-Artikolu 61 tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili, smigħ ġudizzjarju jiġi rreġistrat fl-intier tiegħu permezz ta’ mezzi tekniċi. Il-materjal miksub permezz tar-reġistrazzjoni tal-ħoss jew mezzi tekniċi oħra huwa inkluż fil-fajl tal-kawża u maħżun miegħu jew imqiegħed u maħżun fis-sistema ta’ informazzjoni tal-qorti.
Fir-rigward tad-dritt tal-partijiet fil-proċedimenti li jirrekordjaw is-seduti ta’ smigħ ġudizzjarji, l-Artikolu 152(3) tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili jistipula li l-proċedimenti legali jistgħu jiġu rreġistrati bil-miktub jew b’xi mod ieħor, dment li t-tmexxija tas-seduta ta’ smigħ ma tiġix imfixkla. L-użu ta’ fotografija, film jew vidjo f’seduta ta’ smigħ ġudizzjarju jitħalla biss bil-permess tal-qorti. Qabel ma tiddeċiedi dwar din il-kwistjoni, il-qorti tisma’ l-fehma tal-partijiet fil-proċedimenti.
6 B’liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 12 sa 14 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda; u (b) fejn ikun hemm ġbir dirett ta’ provi taħt l-Artikoli 19 sa 21 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda?
(a) Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda, il-qorti rikjesta teżegwixxi t-talba f’konformità mad-dritt nazzjonali tagħha. Skont l-Artikolu 13(1) tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili, il-proċedimenti fil-Latvja jitmexxew bil-lingwa uffiċjali.
(b) Meta l-kumpilazzjoni ta’ xhieda ssir direttament skont l-Artikoli 19-21 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda, is-smigħ ġudizzjarju jsir ukoll bil-lingwa uffiċjali peress li, skont l-Artikolu 689(4) tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili, il-qorti li tipparteċipa fl-eżekuzzjoni ta’ talba minn pajjiż barrani għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda hija dik li fil-ġuriżdizzjoni tagħha jkun jinsab is-sors tal-evidenza li għandha tiġi kkumpilata.
7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min huwa responsabbli biex jipprovdihom u fejn għandu jkun posthom (a) meta t-talbiet isiru taħt l-Artikoli 12 sa 14 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda; u (b) fejn ikun hemm ġbir dirett ta’ provi taħt l-Artikoli 19 sa 21 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda?
L-Artikolu 691 tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili. Eżekuzzjoni ta’ talba minn pajjiż barrani għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda fil-preżenza jew bil-parteċipazzjoni ta’ partijiet jew rappreżentanti tal-qorti kompetenti tal-pajjiż barrani
(1) Il-qorti li teżegwixxi t-talba minn pajjiż barrani għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda skont l-Artikolu 13 jew 14 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tinnotifika lir-rappreżentanti tal-qorti kompetenti tal-pajjiż barrani jew lill-partijiet jew lir-rappreżentanti tagħhom dwar il-ħin u l-post tal-kumpilazzjoni tax-xhieda u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni.
(2) Il-qorti għandha tivverifika jekk ir-rappreżentanti tal-qorti kompetenti tal-pajjiż barrani jew il-partijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom jeħtiġux interpretu.
(3) Jekk il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jifhmux il-lingwa uffiċjali u ma jkunx hemm diffikultajiet prattiċi kbar, interpretu għandu, fuq talba tar-rappreżentanti tal-qorti kompetenti tal-pajjiż barrani jew tal-partijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom, jieħu sehem fil-kumpilazzjoni tax-xhieda.
8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni li għandhom jinstemgħu jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 12 sa 14 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda; u (b) fejn ikun hemm ġbir dirett ta’ provi taħt l-Artikoli 19 sa 21 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda? Għaż-żewġ opzjonijiet, kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi stabbilita d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?
Fiż-żewġ xenarji, it-talba għall-għajnuna legali għandha tiġi ppreżentata b’mod tempestiv, preferibbilment mill-inqas 60 jum qabel il-vidjokonferenza ppjanata.
Jenħtieġ li jittieħed il-ħin qabel il-vidjokonferenza ppjanata biex issir konnessjoni bi prova.
Talba għal vidjokonferenzi għandha tindika l-parametri tekniċi.
9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenza u kif għandhom jitħallsu?
L-Artikolu 694 tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili. Spejjeż tal-eżekuzzjoni ta’ talba minn pajjiż barrani għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda
(1) Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, qorti tista’ titlob lill-qorti kompetenti ta’ pajjiż barrani biex tħallas bil-quddiem għat-tariffi tal-esperti sakemm tiġi eżegwita t-talba mill-pajjiż barrani għall-kumpilazzjoni tax-xhieda.
(2) Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, qorti tista’ titlob lill-qorti kompetenti ta’ pajjiż barrani biex tkopri dan li ġej wara li tiġi eżegwita t-talba mill-pajjiż barrani għall-kumpilazzjoni tax-xhieda:
(1) it-tariffi pagabbli lill-esperti u lill-interpreti;
(2) l-ispejjeż imġarrba meta t-talba mill-pajjiż barrani għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda tiġi eżegwita fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż barrani f’konformità mal-proċeduri tal-pajjiż barrani;
(3) l-ispejjeż imġarrba meta t-talba mill-pajjiż barrani għall-kumpilazzjoni tax-xhieda tiġi eżegwita fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż barrani bl-użu ta’ mezzi tekniċi.
10 Liema huma r-rekwiżiti, jekk hemm, biex jiġi żgurat li l-persuna li tinstema’ direttament mill-qorti rikjedenti tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?
Il-pajjiż barrani għandu jħejji l-informazzjoni rilevanti għall-persuna inkwistjoni.
11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li għandha tinstema’?
Il-qorti għandha tivverifika l-identità tal-persuna skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili.
12 Liema rekwiżiti japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x’informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti rikjedenti meta ġurament ikun meħtieġ waqt il-ġbir dirett tal-provi taħt l-Artikoli 19 sa 21 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda?
Tali proċedura ma hijiex prevista mil-Liġi dwar il-proċedura ċivili. Madankollu, l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż barrani tista’ titlob lill-qorti biex tiddeċiedi dwar il-kwistjoni ta’ ġurament.
13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta’ kuntatt fil-post tal-vidjokonferenza li l-qorti rikjedenti tkun tista’ tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli dakinhar tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenza u tindirizza kwalunkwe problema teknika?
Qabel id-data ta’ vidjokonferenza u qabel vidjokonferenza bi prova, il-partijiet ikkonċernati għandhom jiskambjaw id-dettalji tal-parametri tekniċi tagħhom u d-dettalji tal-persuni ta’ kuntatt tagħhom (il-persuna li tinsab fil-qorti u l-persuna fl-istituzzjoni li tipprovdi l-assistenza teknika).
14 Liema informazzjoni addizzjonali eventwali hija meħtieġa mill-qorti rikjedenti?
Huma meħtieġa informazzjoni teknika u dettalji tal-ispeċifikazzjoni teknika.