1 Huwa possibbli li l-provi jinġabru b’vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta’ qorti fl-Istat Membru rikjedenti jew inkella direttament minn qorti ta’ dak l-Istat Membru? Jekk iva, x’inhuma l-proċeduri jew il-liġijiet nazzjonali rilevanti li japplikaw?
Iva, il-kumpilazzjoni tax-xhieda tista’ ssir permezz ta’ vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni tal-qorti tal-Istat rikjedenti jew direttament mill-qorti ta’ dak l-Istat Membru. Meta l-kumpilazzjoni tax-xhieda ssir bil-parteċipazzjoni tal-qorti tal-Istat rikjedenti, japplikaw ir-regoli tal-proċedura ċivili. Meta talba bħal din tasal għand ir-reġistru tal-qorti, il-kawża tiġi assenjata lil imħallef li jaġixxi bħala eżaminatur u jiżgura li l-proċedura tal-kumpilazzjoni tax-xhieda ssir skont ir-regoli nazzjonali. L-imħallef jordna n-notifika personali ta’ taħrika tax-xhud u jistabbilixxi data speċifika li fiha l-persuna/ix-xhud irid jidher quddiem il-qorti.
2 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta’ persuna li tista’ tiġi eżaminata permezz ta’ vidjokonferenza – pereżempju, huma biss xhieda jew oħrajn bħal esperti jew partijiet jistgħu wkoll jiġu eżaminati b’dan il-mod?
M’hemm l-ebda restrizzjoni. Kwalunkwe xhud jista’ jiġi eżaminat permezz ta’ vidjokonferenza. Ir-regoli tal-proċedura ċivili huma applikabbli.
3 Liema huma r-restrizzjonijiet, jekk hemm, fuq it-tip ta’ evidenza li tista’ tinkiseb bil-vidjokonferenzi?
M’hemm l-ebda restrizzjoni rigward it-tip ta’ xhieda li tista’ tiġi kkumpilata b’vidjokonferenza. Ir-regoli tal-proċedura ċivili huma applikabbli.
Meta t-talba tkun tinvolvi l-kumpilazzjoni tax-xhieda mill-qorti rikjesta (l-Artikoli 12–14 tar-Regolament), ix-xhud/il-persuna jkollha tidher fil-qorti biex tiġi eżaminata permezz ta’ vidjokonferenza. L-eżami jsir f’awla tal-qorti mgħammra b’mod adegwat għall-vidjokonferenzi u bi professjonisti tal-IT preżenti biex jiżguraw li l-vidjokonferenza ssir mingħajr problemi.
4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista’ tinstema’ bil-vidjokonferenza– jiġifieri trid tkun fil-qorti?
Il-qafas proċedurali eżistenti ma jippermettix li l-vidjokonferenza tiġi rrekordjata, iżda jinżamm verbal dettaljat tal-proċedimenti.
(a) Jekk il-kumpilazzjoni tax-xhieda ssir f’isem il-qorti rikjedenti, is-seduta ssir bil-Grieg fil-preżenza ta’ interpretu li jittraduċi bil-lingwa tax-xhud.
5 Huwa permess li s-seduti bil-vidjokonferenza jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?
Il-qafas proċedurali eżistenti ma jippermettix li l-vidjokonferenza tiġi rrekordjata, iżda jinżamm verbal dettaljat tal-proċedimenti.
6 B’liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 12 sa 14 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda; u (b) fejn ikun hemm ġbir dirett ta’ provi taħt l-Artikoli 19 sa 21 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda?
(a) Jekk il-kumpilazzjoni tax-xhieda ssir f’isem il-qorti rikjedenti, is-seduta ssir bil-Grieg fil-preżenza ta’ interpretu li jittraduċi bil-lingwa tax-xhud.
(b) Jekk il-kumpilazzjoni tax-xhieda ssir direttament mill-qorti rikjedenti, is-seduta ssir bil-lingwa tal-qorti rikjedenti.
7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min huwa responsabbli biex jipprovdihom u fejn għandu jkun posthom (a) meta t-talbiet isiru taħt l-Artikoli 12 sa 14 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda; u (b) fejn ikun hemm ġbir dirett ta’ provi taħt l-Artikoli 19 sa 21 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda?
(a) Fil-kawżi ċivili, il-parti li titlob interpretu normalment tagħmel l-arranġamenti biex jinstab l-interpretu u anke tħallsu. M’hemmx dispożizzjoni rigward fejn għandu jkun l-interpretu waqt is-seduta. Fil-prattika, madankollu, l-interpretu jkun preżenti fl-awla tal-qorti mal-bqija tal-parteċipanti.
(b) Jekk il-kumpilazzjoni tax-xhieda tkun diretta, il-qorti rikjedenti tkun responsabbli biex issib interpretu.
8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni li għandhom jinstemgħu jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 12 sa 14 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda; u (b) fejn ikun hemm ġbir dirett ta’ provi taħt l-Artikoli 19 sa 21 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda? Għaż-żewġ opzjonijiet, kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi stabbilita d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?
Meta l-proċedimenti jsiru skont l-Artikoli 12–14 tar-Regolament (UE) 2020/1783, id-dettalji dwar kif issir il-vidjokonferenza, kif ukoll arranġamenti oħrajn, jiġu deċiżi bejn l-imħallfin tal-qrati rikjedenti u dawk rikjesti qabel il-vidjokonferenza. Ir-regoli tal-proċedura ċivili japplikaw għan-notifika tal-persuna/tax-xhud. It-taħrika tax-xhud għaldaqstant tiġi nnotifikata lill-persuna minn uffiċjal ġudizzjarju, u l-persuna tintalab tkun il-qorti mill-inqas 7 ijiem qabel. Fid-data speċifikata, l-eżaminatur ikompli jinforma lill-persuna/lix-xhud dwar ir-raġunijiet għat-taħrika tiegħu, u jistabbilixxi data ġdida għas-seduta/għall-vidjokonferenza, billi jagħti lill-persuna avviż suffiċjenti bil-quddiem.
9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenza u kif għandhom jitħallsu?
M’hemmx spejjeż għall-użu tal-vidjokonferenza.
10 Liema huma r-rekwiżiti, jekk hemm, biex jiġi żgurat li l-persuna li tinstema’ direttament mill-qorti rikjedenti tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?
L-assigurazzjoni li tkun ingħatat mill-qorti rikjedenti.
11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li għandha tinstema’?
Meta persuna tiġi mħarrka biex tidher fil-qorti, din irid ikollha fil-pussess tagħha d-dokumenti notifikati, jiġifieri t-taħrika tax-xhud innotifikata minn uffiċjal ġudizzjarju skont ir-regoli tal-proċedura legali. Barra minn hekk, jekk ikun hemm xi dubji dwar l-identità tal-persuna/tax-xhud preżenti, l-eżaminatur jista’ jitlob li jara l-karta tal-identità, il-passaport, il-liċenzja tas-sewqan jew xi dokument uffiċjali ekwivalenti ieħor li juri l-identità tal-persuna.
12 Liema rekwiżiti japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x’informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti rikjedenti meta ġurament ikun meħtieġ waqt il-ġbir dirett tal-provi taħt l-Artikoli 19 sa 21 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda?
Qabel ma jikkumpila x-xhieda, l-imħallef inkarigat jistaqsi lix-xhud jekk ikunx irid jagħmel stqarrija maħlufa jew affidavit.
13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta’ kuntatt fil-post tal-vidjokonferenza li l-qorti rikjedenti tkun tista’ tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli dakinhar tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenza u tindirizza kwalunkwe problema teknika?
Ir-reġistru tal-qorti jagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa għal appoġġ tekniku adegwat qabel u waqt il-vidjokonferenza. Professjonisti tal-IT ikunu preżenti tul il-vidjokonferenza biex jiżguraw li din taħdem bla xkiel.
14 Liema informazzjoni addizzjonali eventwali hija meħtieġa mill-qorti rikjedenti?
Il-qorti rikjedenti tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiżvolġu l-proċedimenti. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa tista’ tingħata fi kwalunkwe stadju qabel ma tibda l-vidjokonferenza.