1 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, ir-regoli speċjali jimponu, għal raġunijiet ekonomiċi, familjari jew soċjali, restrizzjonijiet li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-suċċessjoni fir-rigward ta’ propjetà immobbli, ċerti intrapriżi jew kategoriji speċjali oħra li jinsabu f’dan l-Istat Membru?
Fin-Netherlands ma hemm ebda assi speċjali kif indikat fl-Artikolu 30 tar-Regolament Ewropew dwar is-Suċċessjoni. Madankollu, mhux l-assi kollha jistgħu jiġu nnegozjati u ttrasferiti liberament.
2 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, dawn ir-regoli speċjali japplikaw għas-suċċessjoni fir-rigward tal-assi msemmija hawn fuq irrispettivament mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni?
Mhux applikabbli fin-Netherlands.
3 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, jeżistu regoli speċjali biex jiżguraw konformità mar-regoli speċjali msemmija hawn fuq?
Mhux applikabbli fin-Netherlands.