1 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, ir-regoli speċjali jimponu, għal raġunijiet ekonomiċi, familjari jew soċjali, restrizzjonijiet li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-suċċessjoni fir-rigward ta’ propjetà immobbli, ċerti intrapriżi jew kategoriji speċjali oħra li jinsabu f’dan l-Istat Membru?
Fl-Iżvezja għad fadal xi ftit fedekommessi (fideikommiss). Fedekommess huwa arranġament testamentarju li permezz tiegħu ċerta proprjetà, li ma jistax isir disponiment minnha, għandha tiġi mgħoddija lill-membri ta’ familja waħda jew aktar f’ordni partikolari. F’konformità mal-Att dwar il-likwidazzjoni ta’ fedekommessi (lagen (1963:583) om avveckling av fideikommiss), il-fedekommessi għandhom jiġu likwidati taħt arranġamenti speċjali.
2 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, dawn ir-regoli speċjali japplikaw għas-suċċessjoni fir-rigward tal-assi msemmija hawn fuq irrispettivament mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni?
Mhux applikabbli.
3 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, jeżistu regoli speċjali biex jiżguraw konformità mar-regoli speċjali msemmija hawn fuq?
Mhux applikabbli.