1 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, ir-regoli speċjali jimponu, għal raġunijiet ekonomiċi, familjari jew soċjali, restrizzjonijiet li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-suċċessjoni fir-rigward ta’ propjetà immobbli, ċerti intrapriżi jew kategoriji speċjali oħra li jinsabu f’dan l-Istat Membru?
(a) Sabiex il-proprjetà tinżamm fl-istess fergħa tal-familja meta tintiret minn axxendent, il-liġi tistipula li din il-proprjetà trid tkun riżervata għal qraba tal-istess linja (l-Artikolu 811 tal-Kodiċi Ċivili Spanjol [Código Civil]). Il-konjuġi armel jeħtieġlu jirriżerva kwalunkwe proprjetà li tintiret mill-konjuġi deċedut tiegħu jekk jerġa’ jiżżewweġ jew ikollu wild ieħor (l-Artikolu 968 tal-Kodiċi Ċivili). L-axxendenti jirtu qabel kulħadd kwalunkwe propjetà mogħtija lit-tfal tagħhom jew lid-dixxendenti li mietu mingħajr tfal (l-Artikolu 812 tal-Kodiċi Ċivili).
(b) Il-proprjetà li tinsab fil-provinċja ta’ Vizcaya tista’ tingħadda biss lil ċerti qraba (l-Artikolu 17 tal-Liġi 3/1992), dritt li jingħata lill-abitanti kollha ta’ Vizcaya (l-Artikolu 23 tal-Liġi 3/1992).
(c) Sabiex jiġi evitat li n-negozji jinkisru, jew għal raġunijiet ekonomiċi jew fl-interess tal-familja, it-testatur jista’ jipprevedi ħlas lill-werrieta l-oħra tas-sehem tiegħu/tagħha, inkluż ħlas differit, anki jekk ma jkunx hemm biżżejjed flus fil-wirt (l-Artikolu 1056(2) tal-Kodiċi Ċivili).
d) Korporazzjoni (sociedad de capital) tista’, fl-artikoli ta’ assoċjazzjoni tagħha, tillimita t-trasferibbiltà tal-ishma, anke mal-mewt tad-detentur. Jekk ikun hemm restrizzjoni ta’ din ix-xorti, il-korporazzjoni trid tinkariga persuna biex tixtri l-ishma mogħtija lill-werriet jew biex tixtrihom hija stess (l-Artikolu 124 tad-Digriet Leġiżlattiv Reġju Spanjol 1/2010 dwar il-korporazzjonijiet, [Ley de sociedades de capital]).
(e) Għal raġunijiet ekonomiċi, ġie stabbilit ammont minimu tas-superfiċje għall-propjetajiet rurali biex ma jitfarrdux bejn il-werrieta (l-Artikoli 23 et seq. tal-Liġi 15/1995 dwar il-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli).
(f) Għal raġunijiet soċjali, il-leġiżlazzjoni tal-Istat u tal-Komunità Awtonoma stabbiliet limiti fuq it-trasferiment ta’ akkomodazzjoni soċjali.
(g) Il-leġiżlazzjoni dwar il-lokazzjonijiet urbani u rurali tippermetti lil suċċessuri speċifiċi tal-lokatur li jakkwistaw id-drittijiet tal-lokazzjoni permezz ta’ surroga (l-Artikolu 24 tal-Liġi 49/2003 dwar il-lokazzjonijiet rurali, l-Artikoli 16 u 33 tal-Liġi 29/1994 dwar il-lokazzjonijiet urbani).
(h) L-akkwist ta’ drittijiet fuq propjetà li tinsab f’żoni li ddikjaraw li jillimitaw is-sjieda nazzjonali barranija hija soġġetta għal awtorizzazzjoni militari minħabba raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew sovranità tal-istat (l-Artikoli 4, 16 u 18 tal-Liġi 8/1975 tat-12 ta’ Marzu 1975 dwar żoni u strutturi ta’ interess għas-sigurtà nazzjonali u l-Artikolu 46 tad-Digriet Reġju 689/1978 tal-10 ta’ Frar 1978).
(b) Sabiex jiġi evitat li n-negozji jżarmaw, jew għal raġunijiet ekonomiċi jew fl-interess tal-familja, it-testatur jista’ jipprevedi ħlas lill-werrieta l-oħra tas-sehem tiegħu/tagħha, inkluż ħlas differit, anki jekk ma jkunx hemm biżżejjed flus fil-wirt (l-Artikolu 1056(2) tal-Kodiċi Ċivili).
(c) Id-dritt għall-proprjetà tal-familja (derecho de troncalidad) f’ċerti żoni tal-provinċja ta’ Vizcaya jipprevedi li t-trasferiment b’wirt ta’ proprjetà kklassifikata bħala proprjetà tal-familja lil barranin jew qraba li ma jappartjenux għal-linja preferuta huwa validu, iżda l-klawżola testamentarja tista’ tiġi annullata fuq talba tal-membri tal-familja fil-linja ppreferuta fi żmien erba’ snin mid-data li fiha l-qraba intitolati saru jafu bid-dispożizzjoni, u fi kwalunkwe każ mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha fir-reġistru tal-artijiet (l-Artikolu 69 tal-Liġi 5/2015 tal-25 ta’ Ġunju 2015 tal-Liġi Ċivili Baska [Derecho Civil Vasco]).
(d) F’Navarra, il-Liġi 273 tal-Kodiċi tal-Liġi Ċivili ta’ Navarra (Compilación de Derecho Foral de Navarra) tipprevedi li l-ġenitur li daħal fi żwieġ jew fi sħubija stabbli ma’ persuna oħra huwa obbligat li jirriżerva u jħalli lit-tfal tas-sħubija preċedenti, jew id-dixxendenti tagħhom, is-sjieda tal-proprjetà kollha riċevuta mill-ex konjuġi jew sieħeb stabbli tagħhom, it-tfal tagħhom jew id-dixxendenti ta’ dawn it-tfal bi kwalunkwe titolu ta’ gwadann. Dak l-obbligu jibqa’ jeżisti sakemm ikun hemm dixxendenti riżervati, anki jekk, fil-mument tal-mewt, ir-riżervatur ma jkunx għadu miżżewweġ jew jgħix fi sħubija stabbli. “Jekk ġenitur jeħles lill-ieħor mill-obbligu li jirriżerva proprjetà f’xenarju fejn dan tal-aħħar jidħol fi żwieġ ġdid jew fi sħubija stabbli ma’ persuna oħra, din l-eżenzjoni tkun nulla u bla effett, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni tal-ġenitur li jidħol fi żwieġ ġdid jew fi sħubija stabbli ġdida jekk inkella jiksru d-dispożizzjonijiet ta’ din il-Liġi. Il-Liġijiet 305 sa 307 jipprevedu wkoll is-suċċessjoni tal-proprjetà tal-familja.
(e) F’Aragona, filwaqt li l-“consorcio foral” (forma ta’ sjieda konġunta) huwa fis-seħħ, li huwa stabbilit meta diversi aħwa jew ulied l-aħwa jirtu minn qarib fil-linja axxendenti, huma biss atti ta’ wirt antiċipat (intervivos) jew wirt ordinarju (mortis causa) imwettqa minn konjuġi fir-rigward tas-sehem tagħhom fil-konsorzju jew l-assi li jiffurmaw parti minnu li huma validi meta jitwettqu għall-benefiċċju tad-dixxendenti tagħhom, li b’hekk jiksbu l-istatus ta’ konjuġi.
(f) Korporazzjoni ((sociedad de capital) tista’, fl-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha, tillimita t-trasferibbiltà tal-ishma, anke mal-mewt tad-detentur. Jekk ikun hemm restrizzjoni ta’ din ix-xorti, il-korporazzjoni trid tinkariga persuna biex tixtri l-ishma mogħtija lill-werriet jew biex tixtrihom hija stess (l-Artikolu 124 tad-Digriet Leġiżlattiv Reġju Spanjol 1/2010 dwar il-korporazzjonijiet, [Ley de sociedades de capital]).
(g) Għal raġunijiet ekonomiċi, ġie stabbilit ammont minimu tas-superfiċje għall-propjetajiet rurali biex ma jitfarrdux bejn il-werrieta (l-Artikoli 23 et seq. tal-Liġi 15/1995 dwar il-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli).
(h) Għal raġunijiet soċjali, il-leġiżlazzjoni tal-Istat u tal-Komunità Awtonoma stabbiliet limiti fuq it-trasferiment ta’ akkomodazzjoni soċjali.
(i) Il-leġiżlazzjoni dwar il-lokazzjonijiet urbani u rurali tippermetti lil suċċessuri speċifiċi tal-lokatur li jakkwistaw id-drittijiet tal-lokazzjoni permezz ta’ surroga (l-Artikolu 24 tal-Liġi 49/2003 dwar il-lokazzjonijiet rurali, l-Artikoli 16 u 33 tal-Liġi 29/1994 dwar il-lokazzjonijiet urbani).
(j) L-akkwiżizzjoni ta’ drittijiet fuq propjetà li tinsab f’żoni li ddikjaraw li jillimitaw is-sjieda nazzjonali barranija hija soġġetta għal awtorizzazzjoni militari minħabba raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew sovranità tal-istat (l-Artikoli 4, 16 u 18 tal-Liġi 8/1975 tat-12 ta’ Marzu 1975 dwar żoni u strutturi ta’ interess għas-sigurtà nazzjonali u l-Artikolu 46 tad-Digriet Reġju 689/1978 tal-10 ta’ Frar 1978).
2 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, dawn ir-regoli speċjali japplikaw għas-suċċessjoni fir-rigward tal-assi msemmija hawn fuq irrispettivament mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni?
Il-paragrafi (b), (g) u (h), (i) u (j) japplikaw għal proprjetà li tinsab fi Spanja irrispettivament mil-liġi tas-suċċessjoni; il-paragrafu (d) japplika jekk il-kumpanija tkun irregolata mil-liġi Spanjola.
3 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, jeżistu regoli speċjali biex jiżguraw konformità mar-regoli speċjali msemmija hawn fuq?
In-nutar li jfassal id-dokument tat-trasferiment u r-reġistratur tar-reġistru tal-propjetà inkarigat bir-reġistrazzjoni jivverifikaw jekk trasferiment ikunx sar skont il-liġi. Naturalment, tista’ tintalab ukoll dikjarazzjoni ġudizzjarja.