1 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, ir-regoli speċjali jimponu, għal raġunijiet ekonomiċi, familjari jew soċjali, restrizzjonijiet li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-suċċessjoni fir-rigward ta’ propjetà immobbli, ċerti intrapriżi jew kategoriji speċjali oħra li jinsabu f’dan l-Istat Membru?
Il-Polonja għandha regoli speċjali dwar is-suċċessjoni ta’ azjendi agrikoli skont il-liġi (li jkopru art agrikola b’erja ta’ aktar minn ettaru wieħed) li japplikaw biss għas-suċċessjonijiet miftuħa qabel l-14 ta’ Frar 2001. Dawn ir-regoli jipprevedu l-possibbiltà ta’ suċċessjoni fir-rigward ta’ tali azjendi biss jekk il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-Kodiċi Ċivili jkunu ssodisfatti.
2 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, dawn ir-regoli speċjali japplikaw għas-suċċessjoni fir-rigward tal-assi msemmija hawn fuq irrispettivament mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni?
L-Artikolu 7 tal-Att tal-4 ta’ Frar 2011 dwar id-dritt internazzjonali privat (Dz. U. (Dziennik Ustaw - Il-Ġurnal tal-Liġijiet) 2015, punt 1792) jistipula dan li ġej: Il-liġi barranija ma għandhiex tapplika jekk l-effetti tal-applikazzjoni tagħha jiksru l-prinċipji fundamentali tal-ordinament ġuridiku tar-Repubblika tal-Polonja.
3 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, jeżistu regoli speċjali biex jiżguraw konformità mar-regoli speċjali msemmija hawn fuq?
Le.