1 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, ir-regoli speċjali jimponu, għal raġunijiet ekonomiċi, familjari jew soċjali, restrizzjonijiet li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-suċċessjoni fir-rigward ta’ propjetà immobbli, ċerti intrapriżi jew kategoriji speċjali oħra li jinsabu f’dan l-Istat Membru?
Hemm regoli li jillimitaw id-drittijiet tas-suċċessjoni (diritti di successione) għal ċerti membri tal-familja fil-każ ta’ trasferimenti ta’ akkomodazzjoni soċjali jew art allokata għal kategoriji partikolari (pereżempju, għal persuni eżiljati mill-Jugoslavja wara t-Tieni Gwerra Dinjija) u maħsuba għall-agrikoltura.
Dawn ir-restrizzjonijiet jinsabu fil-proċess li jisparixxu, peress li liġijiet suċċessivi ppermettew li jitneħħew gradwalment (pereżempju, billi jiġu kkumpensati l-bennejja tal-akkomodazzjoni soċjali) jew il-limiti ta’ żmien statutorji applikabbli għar-restrizzjonijiet skadew.
2 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, dawn ir-regoli speċjali japplikaw għas-suċċessjoni fir-rigward tal-assi msemmija hawn fuq irrispettivament mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni?
Iva, hemm regoli li jistgħu jillimitaw il-wirt għal ċerti membri tal-familja (pereżempju, għal art agrikola allokata għal raġunijiet soċjali, il-wirt jista’ jkun limitat għal membri tal-familja li jkomplu fil-biedja).
3 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, jeżistu regoli speċjali biex jiżguraw konformità mar-regoli speċjali msemmija hawn fuq?
Ma hemm l-ebda proċedura speċjali għall-verifika jew għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli inkwistjoni.