Skip to main content

Abbażi ta’ ftehim reċiproku mar-Renju Unit, il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika se jżomm l-informazzjoni rilevanti relatata mar-Renju Unit fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, sa tmiem l-2026.

Suċċessjonijiet

Flag of Gibraltar
Ġibiltà
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
(in civil and commercial matters)

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Kunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

It-trasferiment ta' proprjetà jsir mit-testatur jew testaturi. Ma hemm l-ebda rekwiżit għal parir legali jew għall-involviment ta' ġurista.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Ma hemm l-ebda rekwiżit biex it-testment jiġi rreġistrat.

It-testment jgħaddi l-patrimonju f'idejn l-eżekuturi (ir-rappreżentanti personali) tal-persuna deċeduta mal-mewt. Dan ma jittrasferix il-proprjetà.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Le.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk u sa fejn il-persuna deċeduta ma tħallix testment validu, il-patrimonju jitqassam skont ir-regoli ab intestato speċifikati fl-Att tal-1933 dwar l-Amministrazzjoni tal-Patrimonji (kif emendat).

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Il-patrimonju jgħaddi f'idejn ir-rappreżentanti personali tal-persuna deċeduta. Dawn jistgħu jitolbu lill-qorti għall-konċessjoni ta' rappreżentanza (probate fil-każ ta' testment u ittri tal-amministrazzjoni fil-każ ta' mewta intestata). Il-konċessjoni se tikkonferma l-awtorità tagħhom biex jamministraw il-patrimonju skont it-testment jew ir-regoli ab intestato skont il-każ. It-tilwim dwar l-intitolament għas-suċċessjoni jew il-konċessjoni jista' jinġab il-qorti. Il-proċedimenti fil-qorti huma rregolati mir-Regoli dwar Probate Mhux Kontenzjuża jew ir-Regoli ta' Proċedura Ċivili.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

L-eżekuturi huma responsabbli għall-identifikazzjoni u l-ġbir tal-assi tal-persuna deċeduta fil-patrimonju, għall-ħlas tad-dejn tal-persuna deċeduta u d-distribuzzjoni tal-bqija lill-benefiċjarji skont it-testment jew ir-regoli ab intestato.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Mal-mewt tal-persuna deċeduta jew, fil-każ ta' benefiċjarji li jmutu waqt l-amministrazzjoni tal-patrimonju, mal-mewt tal-persuna intitolata preċedentement.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Le. Id-djun jitħallsu mill-patrimonju.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Ir-rappreżentanti personali jittrasferixxu l-proprjetà immobbli lill-benefiċjarju intitolat matul l-amministrazzjoni tal-patrimonju. Il-benefiċjarju jippreżenta provi tal-konċessjoni tar-rappreżentanza u t-trasferiment lir-Reġistru tal-Artijiet skont l-Att tal-2011 dwar it-Titoli tal-Artijiet ta' Ġibiltà.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

L-eżekuturi jamministraw il-patrimonju u jqassmu l-assi netti. Il-forma tat-trasferiment tal-assi tiddependi min-natura tal-assi. Xi oġġetti jistgħu jiġu kkonsenjati bil-pussess. Flejjes jistgħu jitħallsu b'ċekk. Ara l-mistoqsija 9 rigward artijiet.

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna