Skip to main content

Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri

L-Ungerija
L-Ungerija
Flag of Hungary

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Hungary
Family Law - Brussels IIa Regulation - Matrimonial matters and matters of parental responsibility
* mandatory input

L-Artikolu 67 (a)

L-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali maħtura skont l-Artikolu 53 jistgħu jinstabu permezz tal-għodda għat-tiftix fuq nett tal-paġna.

L-Artikolu 67 (b)

Il-lingwi aċċettati għall-komunikazzjonijiet lill-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 57(2) huma l-Ungeriż, l-Ingliż, il-Ġermaniż u l-Franċiż.

L-Artikolu 67 (c)

Il-lingwi aċċettati għaċ-ċertifikazzjoni li tikkonċerna d-drittijiet ta’ aċċess u r-ritorn tal-minuri skont l-Artikolu 45(2) huma l-Ungeriż, l-Ingliż, il-Ġermaniż u l-Franċiż.

L-Artikoli 21 u 29

Ir-rikorsi msemmija fl-Artikoli 21 u 29 jistgħu jiġu ppreżentati lill-qrati segwenti:

– fl-Ungerija, il-qorti Distrettwali li topera fis-sede tal-qorti Reġjonali kompetenti (törvényszék székhelyén működő járásbíróság) u, f’Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda (Budai Központi Kerületi Bíróság).

L-Artikolu 33

L-appelli msemmija fl-Artikolu 33 jistgħu jitressqu fil-qrati segwenti:

– fl-Ungerija, il-qrati Reġjonali (törvényszék) u, f’Budapest, il-Qorti Reġjonali ta’ Budapest-Kapitali (Fővárosi Törvényszék).

L-Artikolu 34

Is-sentenza li tingħata fl-appell skont l-Artikolu 34 tista’ tiġi kkontestata biss permezz ta’:

– fl-Ungerija: talba għal ritrattazzjoni (felülvizsgálati kérelem).

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna