L-Artikolu 67 (a)
L-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali nominati skond l-Artikolu 53:
Id-Dipartiment għal Affarijiet Legali u Internazzjonali tad-Direzzjoni tal-Politika Legali taż-Żagħżagħ tal-Ministeru tal-Ġustizzja
Turfmarkt 147
2511 DP Den Haag
Postbus 20301
2500 EH Den Haag
Telefon: (070) 370 79 11
L-Artikolu 67 (b)
L-ilsna aċċettati għall-komunikazzjonijiet ma’ l-awtoritajiet ċentrali skond l-Artikolu 57(2): Olandiż, Ingliż, Ġermaniż, Franċiż.
L-Artikolu 67 (c)
Għal Ċertifikat dwar drittijiet ta’ l-aċċess u r-ritorn ta’ wild – artikolu 45 (2): Olandiż, Ingliż, Ġermaniż.
L-Artikoli 21 u 29
L-applikazzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 21 u 29 għandhom jitressqu quddiem il-qrati li ġejjin:
- fl-Olanda, il-voorzieningenrechter van de rechtbank.
L-Artikolu 33
L-appelli mniżżla fl-Artikolu 33 għandhom jiddaħħlu fil-qrati mniżżla hawn taħt:
- fl-Olanda, ir-rechtbank.
L-Artikolu 34
L-appelli mniżżla fl-Artikolu 34 jistgħu jinġiebu biss:
- fil-Olanda, b’appell quddiem il-Qorti Suprema.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.