Skip to main content

Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri

Iċ-Ċekja
Iċ-Ċekja
Flag of Czechia

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Czechia
Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri
* input mandatarju

L-Artikolu 67 (a)

L-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali maħtura skont l-Artikolu 53:

Úřad pro mezinárodněprávní ochranu dětí

(Uffiċċju għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal)

Kounicova 683/14

602 00 BRNO

Ir-Repubblika Ċeka

Telefown: +420 542 215 522

Sit web: http://www.umpod.cz/

Kuntatti:

Zdeněk Kapitán, Direttur u Kap tas-Servizzi

Markéta Nováková, Direttur tad-Dipartiment Legali 

L-Artikolu 67 (b)

Il-lingwi aċċettati għall-komunikazzjonijiet mal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 57(2): iċ-Ċek, l-Ingliż, il-Ġermaniż u l-Franċiż.

L-Artikolu 67 (c)

Għaċ-ċertifikat dwar id-drittijiet ta' aċċess u r-ritorn ta' tfal – l-Artikolu 45(2): iċ-Ċek

L-Artikoli 21 u 29

Fir-Repubblika Ċeka talbiet skont l-Artikoli 21 u 29 jintbagħtu lill-qrati li ġejjin:

- lill-qrati distrettwali (okresní soudy) jew lill-marixxalli tal-qorti (soudní exekutoři).

L-Artikolu 33

Fir-Repubblika Ċeka appelli skont l-Artikolu 33 jiġu ppreżentati fil-qrati li ġejjin:

- fil-qrati distrettwali (okresní soudy).

L-Artikolu 34

L-uniku appelli li jistgħu jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 34 fir-Repubblika Ċeka huma:

- kawża ta' annullament (žaloba pro zmatečnost) skont l-Artikolu 229 et seq. tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Ġudizzjarja), kif emendat, u ritrattazzjoni (dovolání) skont l-Artikolu 236 et seq. tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Ġudizzjarja), kif emendat.

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna