Skip to main content

Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri

Lussemburgu
Lussemburgu
Flag of Luxembourg

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Luxembourg
Liġi tal-Familja - Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri
* input mandatarju

L-Artikolu 67 (a)

L-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta' komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali nominati skont l-Artikolu 53:

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja

Parquet Général

Cité Judiciaire, Bâtiment CR

Plateau du Saint-Esprit

L-2080 Luxembourg

Telefown: +352 47 59 81 - 2393/ -2329

Faks:        +352 47 05 50

Indirizz elettroniku: parquet.general@justice.etat.lu

L-Artikolu 67 (b)

Il-lingwi aċċettati għall-komunikazzjonijiet mal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 57(2): il-Franċiż, l-Ingliż, il-Ġermaniż.

L-Artikolu 67 (c)

Il-lingwi aċċettati għaċ-ċertifikat li jikkonċerna d-dritt ta' aċċess u ċ-ċertifikat li jikkonċerna r-ritorn tat-tfal skont l-Artikolu 45(2): il-Franċiż, l-Ingliż, il-Ġermaniż.

L-Artikoli 21 u 29

It-talbiet previsti fl-Artikoli 21 u 29 għandhom ikunu ppreżentati fil-qrati li ġejjin:

- fil-Lussemburgu, l-imħallef li jippresjedi l-Qorti Distrettwali (Tribunal d'arrondissement).

L-Artikolu 33

L-appell previst fl-Artikolu 33 għandu jkun ippreżentat fil-qrati li ġejjin:

- fil-Lussemburgu, fil-Qorti tal-Appell (Cour d'appel).

L-Artikolu 34

Id-deċiżjonijiet dwar l-appelli previsti fl-Artikolu 34 jistgħu jiġu kkontestati biss:

- fil-Lussemburgu, b'appell minħabba punt tad-dritt (pourvoi en cassation).

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna