Skip to main content

Talbiet Żgħar

Lussemburgu
Lussemburgu
Flag of Luxembourg

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Luxembourg
Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar
* input mandatarju

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Il-kummissarju tal-ġustizzja (juge de paix) huwa kompetenti biex jagħti s-sentenzi stipulati mir-Regolament.

Ħolqa għas-sit web nazzjonali: http://www.justice.public.lu/fr/annuaire/index.html

Justice de paix de Luxembourg
Bâtiment JP
Cité Judiciaire
L-2080 - Luxembourg
Tel.: (+352) 475981-1
Faks: (+352) 465434

Justice de paix de Diekirch
Bei der Aaler Kiirch
L-9211 - Diekirch
Tel: (+352) 808853-1
Faks: (+352) 804190

Justice de paix d'Esch-sur-Alzette
Place Norbert Metz
L-4006 - Esch-sur-Alzette
Tel.: (+352) 530 529

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-Lussemburgu jaċċetta l-posta bħala mezz ta’ komunikazzjoni.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Service d’accueil et d’information juridique (Servizz ta’ akkoljenza u ta’ informazzjoni legali) - Luxembourg
Cité judiciaire
Bâtiment BC
L-2080 - Luxembourg
Tel.: (+352) 221846

Service d’accueil et d’information juridique (Servizz ta’ akkoljenza u ta’ informazzjoni legali) - Diekirch
Justice de paix
Place Joseph Bech
L-9211 - Diekirch
Tel.: (+352) 802315

Centre Européen des Consommateurs GIE (Ċentru Ewropew għall-Konsumaturi GIE)

271, route d'Arlon
L-1150 Luxembourg

Tel.: +352 26 84 64 1

Faks: +352 26 84 57 61

Email: info@cecluxembourg.lu

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Fil-Lussemburgu, il-mezzi elettroniċi ta’ notifika jew ta’ komunikazzjoni għadhom mhumiex ammissibbli skont ir-regoli ta’ proċedura u l-komunikazzjoni ssir bil-posta.

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Ara (d).

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

Fil-Lussemburgu, ma jitħallsux miżati tal-qorti lill-qorti kompetenti skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Madankollu, wara li tingħata sentenza, jistgħu jiġu mġarrba miżati tal-qorti fir-rigward tal-infurzar tad-deċiżjoni, fuq talba tal-parti li tinqata’ l-kawża favur tagħha.

Japplika r-Regolament emendat tal-Gran Dukat tal-24 ta' Jannar 1991 li jiddetermina t-tariffi tal-marixxalli tal-qrati. Issib aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett fuq is-sit web tal-Kamra tal-uffiċjali tal-qrati tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Chambre des huissiers de justice du Grand-Duché du Luxembourg): http://www.huissier.lu/.

Fuq il-bażi tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (riformulazzjoni), il-ħlas fiss uniku għan-notifika ta’ dokumenti minn uffiċjal tal-qorti (huissier de justice) huwa ta’ EUR 165.

Il-pagament jista’ jsir lill-uffiċjali tal-qrati permezz ta’ trasferiment bankarju.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Fejn l-ammont tal-pretensjoni ma jaqbiżx l-EUR 2.000,00, id-deċiżjonijiet tal-ġudikanti lajċi huma finali. L-unika sfida possibbli hija appell dwar punt tal-liġi (pourvoi en cassation).

Jekk l-ammont tal-pretensjoni jaqbeż l-EUR 2.000,00, sentenza mogħtija fil-prima istanza minn ġudikant lajk tista’ tiġi kkontestata f’appell sħiħ (appel) lill-imħallef li jkun qed jippresiedi l-qorti distrettwali (tribunal d’arrondissement). L-appell jista’ jitressaq permezz ta’ rikors ippreżentat mir-rikorrent jew inkella mill-avukat tiegħu. Ir-rappreżentanza minn ġurist anzjan (avocat à la cour) hija fakultattiva. It-terminu biex jiġi ppreżentat appell huwa ta’ 40 jum min-notifika tas-sentenza. Il-partijiet jiġu mħarrka mir-reġistru tal-qorti mill-inqas 8 ijiem qabel is-seduta ta’ smigħ. Il-proċedura quddiem l-imħallef li jkun qed jippresiedi l-qorti distrettwali hija orali.

Jistgħu jiġu ppreżentati appelli dwar punti ta’ liġi mid-deċiżjonijiet finali ta’ ġudikanti lajċi u mid-deċiżjonijiet mogħtija mill-imħallef li jkun qed jippresiedi qorti distrettwali. Il-qorti li tisma’ l-appelli dwar punt ta’ liġi hija l-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de Cassation); Ir-rappreżentanza minn ġurist anzjan hija obbligatorja.

Link għas-sit web nazzjonali: https://justice.public.lu/fr/annuaire.html

Tribunal d’arrondissement – Luxembourg
Bâtiments TL, CO, JT
Cité Judiciaire
L-2080 – Luxembourg
Tel.: (+352) 475981-1

Tribunal d’arrondissement – Diekirch
Palais de Justice
Place Guillaume
L-9237 Diekirch
Tel.: (+352) 803214-1
Fax: (+352) 807119

Cour de Cassation
Cité Judiciaire
Bâtiment CR
L-2080 – Luxembourg
Tel.: (+352) 475981-2369 / 2373

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Il-Prim’Imħallef tat-tribunal tal-Kummissarju tal-Ġustizzja li fih tkun ingħatat id-deċiżjoni, jew is-sostitut tiegħu, huwa responsabbli mid-deċiżjoni dwar ir-rikors għal ritrattazzjoni.

Ir-rikors għal ritrattazzjoni jrid jiġi ppreżentat bil-miktub lir-reġistratur tal-qorti li tkun tat id-deċiżjoni, mill-intimat jew inkella mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Ir-rappreżentanza minn avukat anzjan hija fakultattiva u l-partijiet jistgħu jidhru personalment jew inkella jistgħu jkunu assistiti jew rappreżentati minn kwalunkwe persuna fost dawk imsemmija fl-Artikolu 106 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili (ħolqa għall-Artikolu 106 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili: http://www.legilux.public.lu/leg/textescoordonnes/codes/nouveau_code_procedure_civile/PageAccueil.pdf - paġni 21 et seq.).

Minn tal-anqas tmint ijiem qabel is-seduta, il-partijiet jiġu kkonvokati biex jidhru quddiem il-qorti mir-reġistratur tal-qorti. Skont l-Artikoli 103 u 167 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili, dan il-limitu ta’ żmien jiġi estiż jekk il-partijiet ma jkollhomx id-domiċilju tagħhom jew ma jkunux residenti abitwali fil-Lussemburgu. Il-proċedura quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja tkun waħda orali.

Ħolqa għas-sit web nazzjonali: http://www.justice.public.lu/fr/annuaire/index.html

Justice de paix de Luxembourg
Bâtiment JP
Cité Judiciaire
L-2080 - Luxembourg
Tel.: (+352) 475981-1
Faks: (+352) 465434

Justice de paix de Diekirch
Bei der Aaler Kiirch
L-9211 - Diekirch
Tel.: (+352) 808853-1
Faks: (+352) 804190

Justice de paix d'Esch-sur-Alzette
Place Norbert Metz
L-4006 - Esch-sur-Alzette
Tel.: (+352) 530 529

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Il-Lussemburgu jaċċetta l-lingwa Franċiża u l-lingwa Ġermaniża.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

(1) Fil-Lussemburgu s-sentenzi tal-qorti huma infurzati mill-uffiċjali ġudizzjarji.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjali ġudizzjarji jinsabu fis-sit web tal-Assoċjazzjoni tal-Uffiċjali Ġudizzjarji tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu: http://www.huissier.lu/

(2) Għall-fini tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, l-awtorità kompetenti hija l-imħallef li jkun qed jippresiedi l-qorti distrettwali.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna