Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti
Il-ġuriżdizzjoni territorjali hija stabbilita mid-Deċiżjoni dwar il-qrati, il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom u l-post tagħhom“par tiesām, to darbības teritorijām un atrašanās vietām” .
Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni
Fil-Latvja, id-dokumenti għall-qorti għandhom jiġu ppreżentati b’mod kartaċeju, bil-posta jew personalment. Id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll lil qorti Latvjana b’mod elettroniku bl-użu tal-portal e-lietas portāls jew billi jintbagħtu fl-indirizz elettroniku tal-qorti. Id-dokumenti ppreżentati elettronikament iridu jiġu ffirmati b’firma elettronika sigura rikonoxxuta fil-Latvja (firma elettronika kwalifikata skont it-tifsira tal-Artikolu 3(12) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014).
Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika
RIGA CITY COURT
Indirizz: Abrenes iela 3, Riga, LV-1356
Tel.: 67077222, 67077370, 67077290, 67077259
Fax: 67077203
Indirizz tal-posta elettronika: rigas.pilseta@tiesas.lv.
Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom
Il-qrati fil-Latvja jistgħu jiffirmaw dokumenti bl-użu ta’ firma elettronika sigura Latvjana u jistgħu jibagħtuhom b’mod elettroniku meta l-parti kkonċernata tkun ikkonfermat b’mod ċar u esprimiet ix-xewqa tagħha li tirċievi d-dokumenti b’mod elettroniku.
L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi
L-Artikolu 56 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili jipprovdi fost l-oħrajn li t-taħrik għandu jintbagħat lill-avukati, in-nutara, il-marixxalli, il-amministraturi u l-istituzzjonijiet tal-Istat u tal-gvern lokali bil-posta elettronika. Il-qorti tinforma lill-avukati bid-dokumenti kif ukoll bid-dokumenti elettroniċi permezz tas-sistema online. In-nutara, il-marixxalli, l-amministraturi u l-istituzzjonijiet tal-Istat u tal-gvern lokali jiġu infurmati bid-dokumenti mħejjija mill-qorti u dokumenti oħra f’format elettroniku bil-posta elettronika, sakemm il-persuna kkonċernata ma tkunx innotifikat lill-qorti tar-reġistrazzjoni bħala utent tas-sistema online. Jekk parti f’kawża tinnotifika lill-qorti li taqbel li tikkomunika magħha b’mod elettroniku, u tirreġistra bħala utent tas-sistema online, id-dokumenti tal-qorti jiġu nnotifikati lilha permezz tas-sistema online. Jekk il-qorti tiltaqa’ ma’ ostakli tekniċi fin-notifika tad-dokumenti tal-qorti permezz tas-sistema online, dawn għandhom jitwasslu b’mod ieħor stabbilit fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, iżda t-taħrika tintbagħat fl-indirizz tal-posta elettronika pprovdut mill-parti f’kawża. It-taħrika tintbagħat bil-posta elettronika lir-rappreżentanti li l-post tar-residenza rreġistrat jew l-indirizz għall-korrispondenza tagħhom ikun barra mil-Latvja, filwaqt li d-dokumenti mħejjija mill-qorti u dokumenti oħra f’format elettroniku jintbagħtu lilhom permezz tal-posta elettronika sakemm ma jindikawx ir-reġistrazzjoni tagħhom bħala utent tas-sistema online.
Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas
L-ISPEJJEŻ TAL-QORTI jinkludu:
- tariffa tal-Istat (valsts nodeva)
- spejjeż relatati mal-eżami tal-kawża.
Kalkolatur tal-ispejjeż tal-qorti: https://manas.tiesas.lv/eTiesasMvc/e-pakalpojumi/nodevu_kalkulators
IT-TARIFFA TAL-ISTAT
Skont l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, ammont speċifiku jitħallas lill-Istat permezz ta’ tariffa għal kull rikors għal talba.
Ir-rikorsi skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huma soġġetti għat-tariffi tal-Istat elenkati hawn taħt. Għal talba li tiġi vvalutata bħala li għandha valur:
(a) sa EUR 2 134, 15 % tal-ammont mitlub, iżda mhux inqas minn EUR 70,
(b) minn EUR 2 135 sa EUR 7 114, EUR 320 biż-żieda ta’ 4 % tal-ammont mitlub ta’ aktar minn EUR 2 134.
Rikors skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar irid ikun akkumpanjat minn dokument li juri l-ħlas tat-tariffa tal-Istat skont il-proċedura u għall-ammont stabbilit fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.
It-tariffa ġudizzjarja tal-Istat (l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili):
Tariffa ġudizzjarja (tariffa tal-Istat):
Benefiċjarju: Teżor tal-Istat (Valsts kase)
Nru tar-Reġistrazzjoni No 90000050138
Nru tal-Kont LV55TREL1060190911200
Il-bank tal-benefiċjarju: Teżor tal-Istat (Valsts kase)
Kodiċi BIC TRELLV22
Skop tal-ħlas: Id-dettalji li jidentifikaw il-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk ikun magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u l-kodiċi personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas ta’ tariffa tal-Istat isir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk ikun magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u l-kodiċi personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni.
SPEJJEŻ LI JIRRIGWARDAW L-EŻAMI TAL-KAWŻA
L-Artikolu 39 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili jipprevedi li l-ispejjeż li jirrigwardaw l-eżami ta’ kawża jkunu jinkludu:
- l-ammonti pagabbli lix-xhieda u lill-esperti;
- l-ispejjeż li jirrigwardaw is-smigħ tax-xhieda jew it-twettiq ta’ aċċessi fuq il-post;
- l-ispejjeż li jirrigwardaw it-tfittxija tal-konvenut jew tax-xhud;
- l-ispejjeż li jirrigwardaw l-eżekuzzjoni ta’ sentenza;
- l-ispejjeż li jirrigwardaw il-produzzjoni, il-konsenja, in-notifika u t-traduzzjoni taċ-ċitazzjonijiet u derivattivi oħra ta’ dokumenti ġudizzjarji, u d-dikjarazzjonijiet tal-evidenza bil-miktub;
- l-ispejjeż li jirrigwardaw it-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta’ avviż;
- l-ispejjeż li jirrigwardaw il-garanzija ta’ pretensjoni jew protezzjoni temporanja.
L-ispejjeż li jirrigwardaw l-eżami tal-kawża (l-Artikolu 39 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili) - qrati distrettwali (tal-belt) (rajona (pilsētas) tiesas) u qrati reġjonali (apgabaltiesas)
Benefiċjarju: L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali (Tiesu administrācija)
Nru tar-Reġistrazzjoni 90001672316
Nru tal-Kont LV51TREL2190458019000
Il-bank tal-benefiċjarju: Teżor tal-Istat (Valsts kase)
Kodiċi BIC TRELLV22
Skop tal-ħlas: “21499”, u pprovdi d-dettalji li jidentifikaw lill-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk ikun magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u l-kodiċi personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas tal-ispejjeż relatati mal-eżami ta’ kawża jsir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk ikun magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u l-kodiċi personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni.għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni.għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni.
Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell
L-appelli kontra s-sentenzi tal-qorti jridu jiġu ppreżentati lill-qorti li tat id-deċiżjoni. Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat lill-qorti reġjonali kkonċernata għal deċiżjonijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt.
|
IL-QORTI REĠJONALI TA’ RIGA Indirizz: Brīvības bulvāris 34, Riga, LV-1886 Fax: 67088270 Tel: 67088211, 67088262 Posta elettronika: riga.apgabals@tiesas.lv |
|
IL-QORTI REĠJONALI TA’ KURZEME Indirizz: Kūrmājas prospekts 2/6, Liepāja, LV- 3401 Tel: 63420059 Fax: 63423479, 63483187 Posta elettronika: kurzeme.apgabals@tiesas.lv |
|
IL-QORTI REĠJONALI TA’ LATGALE Indirizz: Atbrīvošanas aleja 95, Rēzekne, LV-4601 Tel: 64625581 Fax: 64624033 Posta elettronika: latgale.apgabals@tiesas.lv |
|
IL-QORTI REĠJONALI TA’ VIDZEME Indirizz: Tērbatas iela 13, Valmiera, LV-4201 Tel: 642 32919 Fax: 642 31122 Posta elettronika: vidzeme.apgabals@tiesas.lv IL-QORTI REĠJONALI TA’ VIDZEME Bini tal-Qorti ta’ Madona Indirizz: Porka iela 1, Madona, LV-4801 Tel: 648 23579 Fax: 648 60691 Posta elettronika: vidzeme.madona.apgabals@tiesas.lv |
|
IL-QORTI REĠJONALI TA’ ZEMGALE Indirizz: Akadēmijas iela 9, Jelgava, LV-3001 Tel: 63023508 Fax: 63023911 Posta elettronika: zemgale.apgabals@tiesas.lv IL-QORTI REĠJONALI TA’ ZEMGALE Bini tal-Qorti ta’ Aizkraukle Indirizz: Jaunceltnes iela 5, Aizkraukle, LV-5101 Tel: 65128197 Fax: 65128119 Posta elettronika: zemgale.aizkraukle.apgabals@tiesas.lv |
Jista’ jitressaq appell kontra sentenza skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fejn:
(1) il-qorti tal-ewwel istanza tkun applikat jew interpretat b’mod żbaljat regola tal-liġi sostantiva, u dan wassal għal aġġudikazzjoni żbaljata tal-kawża;
(2) il-qorti tal-ewwel istanza tkun kisret regola tal-liġi proċedurali, u dan wassal għal aġġudikazzjoni żbaljata tal-kawża;
(3) il-qorti tal-ewwel istanza tkun għamlet konstatazzjonijiet ta’ fatt żbaljati jew ivvalutat l-evidenza b’mod żbaljat, jew ipprovdiet valutazzjoni legali żbaljata taċ-ċirkostanzi tal-kawża, u dan wassal għal aġġudikazzjoni żbaljata tal-kawża.
Appell li jiddikjara li sentenza hija vvizzjata jrid jindika wkoll dan li ġej:
(1) liema regola tal-liġi sostantiva tkun ġiet applikata jew interpretata b’mod żbaljat mill-qorti tal-ewwel istanza, jew liema regola tal-liġi proċedurali tkun kisret, u kif dan ikun affettwa l-aġġudikazzjoni tal-kawża;
(2) liema mill-konstatazzjonijiet ta’ fatt li jkunu saru mill-qorti tal-ewwel istanza jkunu żbaljati, liema evidenza tkun ġiet ivvalutata b’mod żbaljat, kif jista’ jitqies li l-valutazzjoni legali taċ-ċirkostanzi tal-kawża tkun vvizzjata, u kif dan ikun affettwa l-aġġudikazzjoni tal-kawża.
Appell kontra sentenza minn qorti tal-ewwel istanza jista’ jiġi ppreżentat fi żmien 20 jum mill-għoti tas-sentenza. Jekk tkun inħarġet sentenza mqassra, il-perjodu ta’ żmien għall-appell jibda mid-data stabbilita mill-qorti għall-għoti tas-sentenza sħiħa. Jekk is-sentenza tingħata wara d-data indikata, il-perjodu ta’ żmien għall-preżentata ta’ appell kontra s-sentenza jibda mid-data proprja tal-għoti tas-sentenza. Fil-każijiet ta’ hawn fuq u meta sentenza tkun qed tintbagħat lil parti fil-proċedimenti li tkun tgħix barra mill-pajjiż, jista’ jiġi ppreżentat appell fi żmien 20 jum minn meta tinħareġ kopja tas-sentenza. Meta l-kawża tkun ġiet aġġudikata permezz ta’ proċedura bil-miktub, minbarra dak ta’ hawn fuq, it-terminu għall-appell jibda jiddekorri mill-jum meta tingħata s-sentenza.
Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami
Rieżami ta’ kawża b’rabta ma’ rieżami tas-sentenza jista’ jinbeda mill-konvenut abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, billi jippreżenta rikors:
(1) għall-istħarriġ ġudizzjarju ta’ sentenza jew deċiżjoni minn qorti distrettwali jew tal-belt – lill-qorti reġjonali korrispondenti;
(2) għall-istħarriġ ġudizzjarju ta’ sentenza jew deċiżjoni minn qorti reġjonali – lill-Qorti Suprema;
Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati
Il-Latvjan.
L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni
Awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi:
Uffiċjal ġudizzjarju ġuramentat
Il-lista tal-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati hija disponibbli fuq: http://www.lzti.lv/zverinati-tiesu-izpilditaji/
Awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 23:
Il-qorti distrettwali (tal-belt) li s-sentenza minn qorti barranija hija eżegwibbli fiż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tagħha, b’rikors tad-debitur.
Iż-żona operattiva tal-Qorti tal-Belt ta’ Riga hija t-territorju amministrattiv tal-Belt ta’ Riga.
Iż-żoni operattivi tal-qrati distrettwali (tal-belt) huma definiti fl-Anness 1 tal-Liġi dwar il-qrati, iż-żoni operattivi u s-sedi tagħhom (Likums ‘Par tiesām, to darbības teritorijām un atrašanās vietām’)