Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti
Il-Qorti li se jkollha ġuriżdizzjoni biex tagħti sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar se tkun il-Qorti Suprema ta' Ġibiltà. Il-proċedura se tkun quddiem il-Master tal-Qorti Suprema li huwa l-Imħallef innominat għal Talbiet Żgħar.
Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni
Il-mezz ta' komunikazzjoni li se jkunu aċċettabbli mill-Qrati f'Ġibiltà hija biss il-posta (minħabba l-ħtieġa li wieħed iħallas tariffa tal-qorti biex jinħareġ il-proċess).
Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika
Appell huwa disponibbli f'Ġibiltà skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Qorti Suprema 2000 li bażikament jipprovdu li tali appell għandu jsir quddiem l-Imħallef Addizzjonali jew il-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema.
Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Parti 52 tar-Regoli ta' Proċedura Ċivili u d-Direzzjoni ta' Prattika li takkumpanjaha se jirregolaw addizzjonalment l-proċeduri għal kwalunkwe appell bħal dan. Ir-Regoli tal-Qorti Suprema 2000 jistabbilixxu l-iskala ta' żmien sabiex appelli simili jiġu ppreżentati u, r-Regoli tal-Qorti Suprema u l-Parti 52.4 jispeċifikaw il-limiti taż-żmien li fihom jista’ jsir appell.
Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom
Il-Lingwa Uffiċjali aċċettabli skont l-Artikolu 21(2)(b) hija l-Ingliż.
L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi
L-awtorità kompetenti għall-finijiet ta' infurzar u għall-finijiet tal-Artikolu 23 għandha tkun il-Qorti Suprema ta' Ġibilità.
Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati
Il-Lingwa Uffiċjali aċċettabli skont l-Artikolu 21(2)(b) hija l-Ingliż.