Skip to main content

Talbiet Żgħar

Polonja
Polonja
Flag of Poland

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Poland
Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar
* input mandatarju

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Il-qorti distrettwali (sądy rejonowe) jew il-qrati reġjonali (sądy okręgowe).

(Fil-prinċipju, il-qorti distrettwali għandha l-ġuriżdizzjoni (fil-prim’istanza). Madankollu, il-qorti reġjonali għandha l-ġuriżdizzjoni (fil-prim’istanza) għal kwistjonijiet li, minħabba n-natura tagħhom, huma ta’ kompetenza ratione materiae tal-qrati reġjonali irrispettivament mill-valur tal-pretensjoni. Dawn jinkludu, pereżempju, il-pretensjonijiet ta’ proprjetà għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur.)

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Sottomissjonijiet bil-miktub f’forma kartaċea.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

L-Uffiċċji tas-Servizz għall-Konsumaturi (Biura Obsługi Interesantów) fil-qrati distrettwali u reġjonali.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

In-notifika elettronika [ta’ dokumenti tal-qorti] hija obbligatorja jekk il-partijiet għażlu li jippreżentaw is-sottomissjonijiet b’dan il-mod. Id-dokumenti ma jiġux innotifikati b’mod elettroniku lil indirizzi tal-email miżmuma minn servizzi kummerċjali, iżda lil kaxxi tal-ittri maħluqa speċifikament għall-iskopijiet tal-proċedimenti tal-qorti. L-Artikolu 1311 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-proċedura għan-notifika elettronika permezz ta’ sistema tal-ICT. Il-qorti tinnotifika d-dokumenti permezz tas-sistema tal-ICT jekk id-destinatarju ppreżenta d-dokument tiegħu permezz tas-sistema jew għażel li jippreżenta d-dokumenti b’dan il-mod. Destinatarju li għażel li jippreżenta dokumenti permezz tas-sistema tal-ICT jista’ jirtira min-notifika elettronika (l-Artikolu 1311(21)).

Il-leġiżlatura ma tispeċifikax il-mod li bih id-destinatarju għandu jikkomunika l-għażla tiegħu, għalhekk din tista’ ssir bil-miktub jew oralment, u trid tiġi rreġistrata fil-minuti tas-seduta.

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

L-Artikolu 132(1)3 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprevedi l-forma elettronika ta’ notifika diretta bejn rappreżentanti professjonisti. Rappreżentanti legali professjonisti jinnotifikaw sottomissjonijiet u konnessjonijiet direttament lil xulxin b’mezzi elettroniċi, jekk jippreżentaw dikjarazzjonijiet unanimi għal dan il-għan mal-qorti u jinnotifikaw lill-qorti bid-dettalji ta’ kuntatt li għandhom jintużaw għal dan l-iskop. Sabiex jiġi evitat li kwalunkwe manipulazzjoni jkollha impatt fuq l-effettività tan-notifika u l-veloċità tal-proċedimenti, tiddaħħal regola li dawn id-dikjarazzjonijiet huma irrevokabbli u kwalunkwe ftehim ta’ kundizzjoni jew terminu huwa meqjus noneżistenti. F’każijiet iġġustifikati, il-qorti tista’ tordna li dawn il-mezzi ta’ notifika jiġu rrinunzjati (b’mod partikolari fuq talba tal-partijiet) Ir-regola ta’ hawn fuq ma tapplikax għal dokumenti ppreżentati permezz tas-sistema tal-ICT li għandhom jiġu nnotifikati lil avukat, aġent tal-privattivi u l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja meta għażlu li jippreżentaw id-dokumenti permezz tas-sistema tal-ICT u ma rrevokawx id-deċiżjoni tagħhom.

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

Tintalab tariffa stabbilita ta’ PLN 100 għal rikorsi f’kawżi li jkunu qed jinstemgħu skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Tintalab tariffa identika għall-appelli wkoll.

It-tariffi tal-qorti f’materji ċivili jistgħu jitħallsu f’għamla mhux kontanti fil-kont kurrenti tal-qorti kompetenti (l-informazzjoni dwar il-kont tista’ tinkiseb direttament mill-qorti jew mis-sit web tal-qorti, jew mis-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja), direttament fl-uffiċċju għall-ħlasijiet tal-qorti, jew f’għamla ta’ bolol tal-qorti disponibbli mill-uffiċċju għall-ħlasijiet tal-qorti.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Meta jfeġġu ċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament, il-qorti kompetenti tagħti s-sentenza tagħha li tista’ tiġi appellata mill-parti kkonċernata fil-qorti tat-tieni istanza (jiġifieri s-sentenzi tal-qorti distrettwali jiġu appellati fil-qorti reġjonali u s-sentenzi tal-qorti reġjonali jiġu appellati fil-qorti tal-appell). Appell jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li tkun tat is-sentenza appellata fi żmien ġimagħtejn min-notifika lir-rikorrent tas-sentenza u r-raġunijiet, u jekk it-terminu għat-tfassil tar-raġunijiet tas-sentenza jkun ġie estiż, fi żmien tliet ġimgħat min-notifika lir-rikorrent tas-sentenza u r-raġunijiet (l-Artikolu 316(1), l-Artikolu 367(1) u (2), flimkien mal-Artikolu 369, l-Artikolu 50526 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Meta jfeġġu ċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament, il-qorti tagħti sentenza f’kontumaċja. L-intimat jista’ jippreżenta oġġezzjoni kontra s-sentenza f’kontumaċja lill-qorti li tkun tat is-sentenza f’kontumaċja. Fil-każ ta’ eżitu mhux favorevoli, ir-rikorrent għandu d-dritt li jappella skont ir-regoli ġenerali. (L-Artikoli 339(1), 342 u 344(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Proċedimenti dwar rikors għall-annullament ta’ sentenza huma rregolati mill-Artikolu 50527a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Il-qorti li tkun tat is-sentenza jkollha l-kompetenza li teżamina r-rikors.

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Il-Pollakk

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

Il-marixxalli tal-qorti (komornicy) huma l-awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. L-ilmenti kontra l-azzjonijiet meħuda mill-marixxalli tal-qorti jistgħu jsiru quddiem il-qorti distrettwali kompetenti. Il-bażi ġuridika: L-Artikolu 767(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-awtorità kompetenti li lilha huma ppreżentati r-rikorsi għal rifjut tal-eżekuzzjoni hija l-qorti reġjonali tad-domiċilju tad-debitur jew l-uffiċċju reġistrat jew, fl-assenza ta’ din il-qorti, il-qorti reġjonali li fiż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tagħha l-eżekuzzjoni hija pendenti jew qed titwettaq.

Il-qorti distrettwali kompetenti hija l-awtorità responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 23 tar-Regolament. Il-bażi ġuridika: L-Artikolu 115320 (1) u (2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (fil-każ ta’ eżekuzzjoni li ssir fil-Polonja abbażi ta’ sentenza mogħtija skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fi Stat Membru ieħor tal-UE) jew l-Artikolu 8202 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (fil-każ ta’ eżekuzzjoni li ssir fil-Polonja abbażi ta’ ordni ta’ titolu eżekuttiv f’għamla ta’ sentenza li fiha klawżola ta’ eżegwibbiltà mogħtija minn qorti Pollakka skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar).

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna