Skip to main content

Il-prattiki ta' taħriġ tajbin

Hawnhekk, min iħarreġ jista’ jsib skedi informattivi li jiddeskrivu prattiki tajba fit-taħriġ tal-imħallfin u tal-prosekuturi. Il-prattiki jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti, minn valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ għall-għoti u l-evalwazzjoni tat-taħriġ.

L-iskedi informattivi jistgħu wkoll jipprovdu spunt għal taħriġ għal ġuristi oħra (persunal tal-qorti, avukati, nutara, marixxalli tal-qorti u medjaturi)

Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ

Metodoloġija ta’ taħriġ innovattiva

Kurrikuli u pjanijiet ta' taħriġ innovattivi

Għodod ta' taħriġ li jiffavurixxu l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-UE u l-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali

Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-parteċipanti fit-taħriġ / l-effett tal-attivitajiet ta’ taħriġ

Prattika "promettenti", prattika "tajba" jew "l-aħjar" prattika

L-eżempji ta' prattiki ta' taħriġ tajbin jappartjenu għal oqsma differenti ta' taħriġ:

  • il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ
  • kurrikuli u pjanijiet ta' taħriġ innovattivi
  • metodoloġija ta’ taħriġ innovattiva
  • għodod ta' taħriġ li jiffavurixxu l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-UE u l-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali
  • valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-parteċipanti fit-taħriġ / l-effett tal-attivitajiet ta’ taħriġ.

L-eżempji nġabru bħala parti mill-Proġett pilota dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew propost mill-Parlament Ewropew fl-2012 u eżegwit mill-Kummissjoni Ewropea fl-2013-2014. L-istudju dwar prattiki tajbin ta' taħriġ sar min-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) u l-eżempji nġabru minn 23 istituzzjoni ta' taħriġ bħall-istituzzjonijiet ta' taħriġ ġudizzjarju nazzjonali, l-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA), l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA) u l-EJTN stess.

Kull skeda informattiva tippreżenta l-karatteristiki ewlenin tal-prattika, id-dettalji ta' kuntatt tal-istituzzjoni ta' taħriġ u kull kumment utli ieħor rigward it-trasferibbiltà tal-prattika.

Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ

Kurrikuli u pjanijiet ta' taħriġ innovattivi

Metodoloġija ta’ taħriġ innovattiva

Strateġija Komprensiva ta’ Tagħlim Elettroniku Onlajn   (347 KB) 

Il-Bulgarija

Tagħlim elettroniku mħallat   (349 KB) 

In-Netherlands

Tagħlim elettroniku mħallat   (365 KB) 

Spanja

Approċċ Komprensiv, Pluridimensjonali għat-Taħriġ fil-Liġi tal-UE   (353 KB) 

Il-Bulgarija

Reġistrazzjoni, Xandir, Podcasting Onlajn, Reġistrazzjoni u Traskrizzjoni ta' Attivitajiet ta' Taħriġ u d-Disponibilità tagħhom fuq l-Internet   (346 KB) 

Ir-Rumanija

Indirizz elettroniku u Vidjokonferenzi   (345 KB) 

Il-Portugall

Studju ta’ Każ Reali, Żviluppat f’Ħin Reali, permezz tal-Użu ta’ Vidjokonferenzi   (347 KB) 

Spanja

Reklutaġġ ta' Ħarrieġa u Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Ħarrieġa   (265 KB) 

Ir-Rumanija

Organizzazzjoni ta’ Taħriġ Deċentralizzat biex Jirrifletti l-Ħtiġijiet u l-Kwistjonijiet ta’ Taħriġ Lokali   (257 KB) 

Il-Bulgarija

Organizzazzjoni ta’ Taħriġ Deċentralizzat biex Jirrifletti l-Ħtiġijiet u l-Kwistjonijiet ta’ Taħriġ Lokali   (388 KB) 

Ir-Rumanija

Organizzazzjoni ta’ Taħriġ Deċentralizzat biex Jirrifletti l-Ħtiġijiet u l-Kwistjonijiet ta’ Taħriġ Lokali   (349 KB) 

Franza

Gruppi żgħar – Kitba ta' Deċiżjonijiet   (349 KB) 

In-Netherlands

Awtoriflessjoni dwar il-Kitba ta' Deċiżjonijiet   (347 KB) 

L-Estonja

L-Imħallef fis-Soċjetà: Deontoloġija, Etika u Relazzjonijiet mal-Mezzi tax-Xandir   (352 KB) 

Spanja

Awtoriflessjoni fir-rigward tal-Ħiliet fil-Komunikazzjoni   (257 KB) 

L-Estonja

Komunikazzjoni fuq il-Mezzi tax-Xandir – Taħriġ Interattiv u Fuq Diversi Livelli dwar il-Mezzi tax-Xandir   (262 KB) 

Il-Ġermanja

Għodod ta' taħriġ li jiffavurixxu l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-UE u l-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali

Aċċess għal-Liġi tal-UE permezz ta' Mezzi Elettroniċi   (251 KB) 

Il-Portugall

Approċċ Komprensiv, Multidimensjonali għat-Taħriġ fil-Liġi tal-UE u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali (Mudell Eurinfra)   (370 KB) 

In-Netherlands

GAIUS: żieda tal-għarfien tal-liġi tal-UE għall-imħallfin   (349 KB) 

L-Italja

Tagħqid tat-Taħriġ fil-Liġi tal-UE u l-Kooperazzjoni Internazzjonali mat-Taħriġ fil-Lingwaġġ Ġuridiku   (284 KB) 

Spanja

Tagħqid tat-Taħriġ fil-Liġi tal-UE u l-Kooperazzjoni Internazzjonali mat-Taħriġ fil-Lingwaġġ Ġuridiku   (261 KB) 

L-Ungerija (il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja)

Il-Ħolqien Kontinwu ta' Networks (Reali u Virtwali)   (259 KB) 

Ir-Rumanija

Il-Kompetizzjoni THEMIS   (347 KB) 

Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN)

Ġustizzja Kriminali I – Il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja fi Kwistjonijiet Kriminali - "Simulazzjonijiet tal-EAW u tal-MLA"   (261 KB) 

Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN)

"Tagħlim bil-prattika" filwaqt li Jiżdied l-Għarfien fil-Qasam tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja u tal-Liġi Nazzjonali ta' Stati Membri oħra tal-UE   (261 KB) 

Il-Ġermanja

L-Iżvilupp ta' Materjali għat-Taħriġ fil-Liġi tal-UE fil-Livell Pan-Ewropew bil-Ħsieb li, Sussegwentement, Jiġu Inkorporati fil-Livell Nazzjonali   (270 KB) 

L-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA)

L-Iżgurar tal-Viżibbiltà tal-Kontenut tal-Liġi tal-UE fil-Korsijiet tal-Liġi Domestika   (350 KB) 

In-Netherlands

Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-parteċipanti fit-taħriġ / l-effett tal-attivitajiet ta’ taħriġ

Prattika "promettenti", prattika "tajba" jew "l-aħjar" prattika

Il-prattiki ta' taħriġ ippreżentati f'din it-taqsima huma identifikati bħala "promettenti", "tajbin", "l-aħjar" jew "mhux ikklassifikati" skont il-kriterji definiti mill-EJTN fit-twettiq tal-istudju.

Prattika li tkun l-aħjar prattika tkun programm ta' taħriġ jew strateġija bl-ogħla grad ta' effikaċja ppruvata appoġġat minn riċerka u evalwazzjoni oġġettivi u komprensivi.

Prattika tajba tkun programm jew strateġija li tkun ħadmet f'organizzazzjoni waħda jew iktar u li turi li hemm ċans tajjeb li ssir l-aħjar prattika, peress li jkollha bażi oġġettiva biex issostni l-effikaċja tagħha u potenzjal għal replikazzjoni f'organizzazzjonijiet oħrajn.

Prattika (xi kultant sperimentali biss) promettenti fit-taħriġ ġudizzjarju tkun prattika b'tal-inqas evidenza preliminari tal-effikaċja tagħha jew li jkollha potenzjal għall-ġenerazzjoni tad-dejta li tkun utli għad-determinazzjoni ta' kemm tkun promettenti li ssir prattika tajba jew l-aħjar prattika, biex tiġi ttrasferita lejn ambjenti ta' taħriġ ġudizzjarju iktar varjat.

Prattika effikaċi tkun potenzjalment trasferibbli kullimkien jew kompletament jew f'format adattat, skont iċ-ċirkostanzi.

Xi prattiki ma jkunux ikklassifikati peress li jkunu dehru li kienu interessanti imma ma kienx hemm dejta disponibbli biex jiġu kklassifikati skont il-kriterji deskritti fuq.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna