Skip to main content

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri

Flag of Ireland
Irlanda
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
(in civil and commercial matters)

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Meta l-ġenitur l-ieħor ma għandux it-tutela tal-minuri u meta ma jkunx hemm ordnijiet tal-qorti li jipprojbixxu t-trasferiment tal-minuri mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

Meta ebda rikors għal tutela, kustodja jew aċċess ma jkun sar quddiem il-qrati qabel it-trasferiment ta’ minur / minuri mill-ġurisdizzjoni.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Meta l-ġenitur l-ieħor għandu t-tutela tal-minuri

u / jew

Meta t-trasferiment tal-minuri taffettwa d-drittijiet ta’ kustodja u / jew aċċess

u / jew

Meta l-ordni tal-qorti jkun speċifika li l-kunsens tal-ġenitur l-ieħor jew xi parti msemmija oħra huwa meħtieġ qabel it-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jista’ isir rikors lill-qorti biex jiġi permess it-trasferiment legali tal-minuri.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Iva.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna