1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?
Ġenitur jista’ legalment jittrasferixxi l-minuri fi Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor biss jekk il-ġenitur ikollu l-kustodja unika tal-minuri u jkunu saru arranġamenti adegwati dwar il-kuntatt bejn il-wild u l-ġenitur l-ieħor. Alternattivament, jista’ jsir rikors lill-qorti għal kunsens alternattiv.
2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?
Il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor huwa meħtieġ għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor jekk il-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta tal-minuri. Barra minn hekk, jekk iċ-ċaqliq iwassal għal ksur tad-dritt ta’ aċċess tal-ġenitur li ma jkollux il-kustodja, il-kunsens ta’ dak il-ġenitur jista’ jkun meħtieġ.
3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?
Jekk it-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor huwa meħtieġ, iżda l-ġenitur l-ieħor bil-kustodja konġunta tal-minuri ma jagħtix il-kunsens tiegħu, jista’ isir rikors lill-qorti għal kunsens alternattiv (l-Artikolu 253A, il-Ktieb I tal-Kodiċi Ċivili Netherlandiż (Nederlands Burgerlijk Wetboek)). Fil-każ ta’ kustodja unika huwa possibbli li jsir rikors għall-istabbiliment jew il-modifika tal-arranġamenti ta’ aċċess mal-ġenitur l-ieħor abbażi tal-Artikolu 377a u l-Artikolu 377, il-Ktieb I tal-Kodiċi Ċivili Olandiż.
4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti
Fin-Netherlands, jekk il-ġenituri għandhom kustodja konġunta, l-istess regoli japplikaw għal tneħħija temporanja u tneħħija permanenti ta’ minuri. Ikklikkja hawnhekk għall-formula rilevanti: ‘toestemming om te reizen (287.05 KB - PDF) NL’. Verżjoni bl-Ingliż (297.45 KB - PDF) EN
Ġeneralment, fil-każ ta’ kustodja unika, iridu jiġu osservati l-arranġamenti ta’ aċċess stabbiliti mill-qorti jew stabbiliti fi pjan tal-ġenituri.