Informazzjoni ġenerali
Ir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (riformulazzjoni) ifittex li jtejjeb u jħaffef it-trażmissjoni tad-dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali għan-notifika bejn l-Istati Membri. Ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 mill-1 ta’ Lulju 2022.
Is-sistema tal-IT deċentralizzata bħala mezz obbligatorju ta’ komunikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni u l-wasla ta’ talbiet, formoli u komunikazzjoni oħra bdiet tapplika biss mill-1 ta’ Mejju 2025 (l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25 (għal aktar dettalji ara l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2020/1784)).
Għal aktar informazzjoni ara:
- l-istatus tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tas-sistema tal-IT deċentralizzata ara hawnhekk;
- il-Manwali tal-Utenti tas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea jinsabu hawnhekk.
Meta l-komunikazzjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata ma tkunx possibbli minħabba interruzzjoni f’dik is-sistema tal-IT jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, it-trażmissjoni għandha ssir bl-aktar mezz alternattiv xieraq u rapidu, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati l-affidabbiltà u s-sigurtà. Fejn ikun hemm interruzzjoni fis-sistema tal-IT deċentralizzata, il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdi għodda faċli għall-utent biex jimtlew il-formoli.
Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea inkluża d-Danimarka, li kkonfermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament permezz ta’dikjarazzjoni abbażi ta’ ftehim parallel konkluż mal-Komunità Ewropea.
Ir-Regolament jipprevedi modi differenti ta’ trażmissjoni u notifika ta’ dokumenti: trażmissjoni permezz ta’ aġenziji mittenti u riċeventi, trażmissjoni b’mezzi konsulari jew diplomatiċi, notifika bis-servizzi postali, notifika elettronika u notifika diretta.
L-Aġenziji Mittenti huma kompetenti biex jittrażmettu dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji li jridu jiġu nnotifikati fi Stat Membru ieħor. L-Aġenziji Riċeventi huma kompetenti li jirċievu dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji minn Stat Membru ieħor. Il-Korp Ċentrali huwa responsabbli biex jforni informazzjoni lill-aġenziji mittenti u jfittex soluzzjonijiet għal kwalunkwe diffikultà li tista’ tinqala’ waqt it-trażmissjoni tad-dokumenti għan-notifika.
Ir-Regolament jipprevedi 12-il formola.
Għal aktar informazzjoni, ara:
- għodda faċli għall-utent biex jimtlew il-formoli;
- Informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar Notifika ta’ dokumenti: trażmissjoni uffiċjali ta’ dokumenti legali
Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdilek informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament.
Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.
Links relatati
Informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar in-Notifika ta’ dokumenti:trażmissjoni uffiċjali ta’ dokumenti legali
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali
Notifiki ARKIVJATI tal-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) 1393/2007